Wednesday, December 9, 2009

Da x'ikun?


Da x'ikun? U għax ma jqaxxarx il-leħja kif qallu Chiellini? Suppost kellu jkun l-istilla, il-ponta tad-djamant ta' formazzjoni tlellex tal-Juventus, irrinfurzata bl-aqwa kampanja akkwisti wara tar-Real Madrid, bla bla bla bla bla. Kieku lgħabt jien ma stajtx nilgħab agħar milli lagħab Diego l-bieraħ fid-disfatta kontra l-Bayern.
U x'ma naqalgħux damdima... bla ideat, bla ħeġġa. Lanqas fi friendly ma tistennihom ikunu daqshekk illuppjati, aħseb u wara f'logħba deċiżiva taċ-Champions League, home, kontra l-Bayern Munich.
U Del Piero, nofs tunnellata toqol kapaċi biss jaqa' jew jiffawlja, bil-kemm jiflaħ jimxi... tużah mill-ewwel minuta fl-aktar logħba importanti tas-sena?
U Amauri għax ma jinteressax ruħu aktar fil-logħob milli f'xagħru?
U Giovinco kif tippretendih jagħmel il-mirakli fl-aħħar 10 minuti tal-logħba? Jekk m'għandhomx fiduċja fih għax ma jbigħuhx milli jħalluh irabbi l-għanqbut fuq il-pankina?
M'hemmx reġista a la Pirlo li jiddetta l-logħob. M'hemmx fiżjonomija ċara ta' logħob. M'hemmx karattru. M'hemm xejn... Nikkonsla li hekk jew hekk it-timijiet kollha se jinqalgħu miċ-Champions League eventwalment. U iva, barra wieħed, u sakemm dak il-wieħed ma jkunx l-Inter ma jimpurtax.
Il-kanna li se jkollna nieħdu sehem fil-Coppa UEFA. Dik oħra tal-għaġeb. L-unika kompetizzjoni fid-dinja li tikkwalifika għaliha billi titlef. Aħjar ġejna l-aħħar fil-grupp, xejn xejn konna nikkonċentraw fuq il-league biss.
Kos, qed ngħid... F'dar-ritratt Diego qisu Joseph Muscat kieku jixxrinkja u jitħajjar jilbes parrokka hu? Ħeħeħe ;-)
L-aħħar tgergira u ndabbar rasi. Iva mamma mija Buffon mank għallinqas jipprova jilqgħu penalty?

No comments: