Sunday, October 18, 2009

"Black dust mystery unresolved" - Times of Malta

Imma kemm jifilħu jkunu ridikoli. Numru ta' bliet u rħula madwar il-power station tal-Marsa ilhom ix-xhur jekk mhux is-snin isofru minn xita ta' trab irqiq iswed, li min jaf kif qed jirvina saħħet il-popolazzjoni.

Issa l-MEPA qed taparsi jinvestigaw. Talbu biex jittieħdu diversi kampjuni minn postijiet differenti biex jiġu analizzati. Ir-riżultat? Il-kampjuni huma kkontaminati! U allura ma jistgħux jgħidu x'inhu l-kaġun tat-trab l-iswed...

Mela jistgħu jgħidulna jekk jogħġobhom l-għorrief (probabbli esperti wkoll dawn) tal-MEPA:

1. X'kien ir-riżultat tal-analiżi?
2. Minn xiex kienu kkontaminati l-kampjuni?
3. Kif jistgħu jgħidu li l-kampjuni kienu kkontaminati, meta għadna ma nafux x'suppost fihom?
4. Għax ma qalulniex x'kienet is-sustanza prinċipali fil-kampjuni, u jekk kienx hemm xi sustanza li tinsab komuni fil-kampjuni kollha?
5. Hemm bżonn ikollok kampjun 100% pur biex tkun taf minn xiex jikkonsisti t-trab?
6. Jew qed jippruvaw jgħattu lil xi entità importanti?
7. Se jdumu jippruvaw ibellgħulna r-ross bil-labra?

U sadattant ir-rati tal-ażma fost il-popolazzjoni jkomplu jogħlew, meta diġà huma fost l-ogħla fid-dinja. U l-Ministru tal-Ambjent (jeżisti wieħed?) b'rasu mgħaddsa taħt ir-ramel.

Mela ejja nkantaw flimkien: a one - a two - a one two three, "Konna u għadna ngħixu, f'pajjiż tal-Mickey Mouse..."

No comments: