Thursday, October 15, 2009

Vaclav Klaus

Il-President tar-Repubblika Ċeka Vaclav Klaus ħadd ma kien jaf bih barra minn pajjiżu. Issa rnexxielu jsir famuż mad-dinja kollha. Sar famuż dan Klaus għax se joqgħod jilgħabha tad-diffiċli biex jirratifika t-trattat il-ġdid tal-Unjoni Ewropea. L-opinjoni personali ta' bniedem wieħed iżżomm il-progress ta' kontinent sħiħ, wara li anki l-Irlandiżi vvutaw b'mod ċar favur ir-ratifika. Qal li jrid idaħħal xi klawsola fuq refuġjati ta' wara t-tieni gwerra dinjija biex ma jinsistux li jieħdu lura xi proprjetajiet, xi ħaġa hekk insomma, li ma għandha x'taqsam assolutament xejn mat-trattat. Kemm jiflaħ ikun ridikolu. Dan f'liema pjaneta u f'liema seklu qed jgħix?

Issa naraw kif se joħroġ minnu dal-isqaq li daħal fih.

Sadattant il-fama li akkwista bl-intransiġenza tiegħu wasslet biex ir-ritratt tiegħu jitfaċċa anke fuq blogg insinifikanti bħal ma hu dan.

No comments: