Monday, September 1, 2008

The language question

Should I write in English, or in my Maltese mother tongue? I can express myself much better in my native language, but hardly anyone can understand it! On the other hand, those people most likely to read my blog do understand Maltese perfectly well. Still, I wouldn't like to strike off a billion or so persons from the potential readership of my writings...

I could maintain two blogs, one in each language. It wouldn't be such a bad idea, but then again, I think it would be one blog too many. Come to think of it, this dilemma is a perfect reflection of the main disadvantage faced by the Maltese language. Any works (of much better value than my puerile efforts) in Maltese can only be appreciated by a handful of readers, which is why many authors don't consider it to be worth the effort, and prefer to use English, with its huge potential readership.

Today, I'll make an exception to my rule of using only English in my blog, which rule also happens to be a useful method to practice my English. I have sent the following text to the Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti (National Council of the Maltese Language). The text deals with the thorny question of the use of words of English origin in spoken and written Maltese.

Il-kliem li jidħol fil-Malti mill-Ingliż
Tonio Privitelli

Fid-diskussjoni dwar kliem li jidħol fil-Malti mill-Ingliż, importanti li wieħed jiddistingwi bejn kliem li diġà għandu ekwivalenti bil-Malti, imma li ġieli jew spiss jingħad bl-Ingliż, u kliem ieħor li m'għandux dan l-ekwivalenti bil-Malti.

Kliem li diġà għandu ekwivalenti bil-Malti

Għandu jitqies li hu Malti kliem bħal "trabil", "trejn", "woxingmaxin", "wan, tu, tri,..."? Allaħares! Dan mhux kliem bil-Malti, imma kliem bl-Ingliż li, sfortunatament, jintuża minn bosta Maltin li għandhom vizzju jaqilbu l-ħin kollu mill-Malti għall-Ingliż fl-istess sentenza. Dan hu r-riżultat ta' formazzjoni edukattiva tat-tfal Maltin żbilanċjata favur il-lingwa Ingliża, li ħafna drabi jitgħallmu l-kelma bl-Ingliż qabel ma jitgħallmu l-kelma Maltija. L-aktar eżempju ovvju ta' dan huwa n-numri.

Ħa nagħti eżempju ta' sentenza tipika li faċilment ħafna tingħad fit-taħdit ta' kuljum: "Dur fuq il-left u ibqa' sejjer sat-trafiksajn tan-nowentri." Diskors bħal dan jinstema' l-ħin kollu, imma allura għandna nikkunsidraw il-kliem "left", "trafiksajn" u "nowentri", għax jitlissen spiss mill-Maltin, bħala kliem bil-Malti? Nerġa' ngħid, allaħares! Għax inkunu qed veru nirriduċu lsien artna li tant inħobbu għal parodija.

Xi eżempji tipiċi (nibda bis-sentenza li tajt hawn fuq):

left - bil-Malti "xellug" ngħidu!
traffic sign - sinjal tat-traffiku
no entry - ma tistax tidħol
trouble - inkwiet
train - ferrovija
washing machine - magna tal-ħasil
wheelchair - siggu tar-roti
chairman - president
bus - karozza tal-linja, jew xarabank
curtain ring - ħolqa tal-purtieri
bowl - skutella
pool - pixxina jew vaska

Għal din il-kategorija ta' kliem, m'għandix lanqas dubju li din ix-xejra ta' "kollox jgħaddi" fejn jidħol l-ilsien Malti hemm bżonn tinqata' darba għal dejjem. Dan mhu xejn għajr għażż lingwistiku, u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti għandu jiġġieled dan il-punt bis-saħħa kollha li għandu, partikolarment mal-għalliema (u mhux it-tiċers!) u x-xandara. Dawn tal-aħħar naħseb xieraq li tal-inqas fejn jidħol ix-xandir pubbliku l-Gvern għandu jesiġi li jkollhom standard tal-Malti xejn inqas minn eċċellenti. Ix-xandara, speċjalment tat-televiżjoni, għandhom influwenza tremenda fuq il-mod kif il-poplu jħaddem l-ilsien Malti. Dan mingħajr ma nsemmi kemm hu fundamentali li ndaħħluha fil-kuxjenza nazzjonali li l-lingwa materna tagħna hija l-Malti, u mhux l-Ingliż. L-Ingliż hu lingwa barranija, u hemm bżonn li fl-iskejjel jitqies bħala tali - voldieri jingħata t-tieni prijorità. M'aħniex aljeni minn pjaneta oħra. Biljuni ta' nies madwar id-dinja għandhom din is-sistema, u ma jsibu l-ebda problema biex jintegraw fl-isfera internazzjonali bil-lingwa franka (l-Ingliż jew il-Franċiż) li jkunu tgħallmu bħala lingwa barranija.

Kliem li m'għandux ekwivalenti bil-Malti

Hemm kliem li mill-Ingliż daħal fil-Malti u issa ġie aċċettat minn kulħadd. Fosthom nista' nsemmi: kompjuter, swiċċ, friġġ, standard, kejk, trakk, ċans. Dawn, tajjeb jew ħażin, daħlu u ħadd mhu se jneħħihom. Rebħu lill-"konkorrenza" li seta' kellhom minn ngħidu aħna "torta" u "opportunità".

Nixtieq hawnhekk nenfasizza l-kunċett tal-konkorrenza, u se nuża l-eżempju li semma l-Professur Albert Borg f'intervista li ta lit-Times of Malta - space shuttle.

Naqbel mal-Profs. Borg li idealment kieku noħolqu espressjoni li tuża kliem bil-Malti li jeżisti diġà. Għal "space shuttle" huwa ħareġ bl-idea ta' mekkuk - ġej u sejjer. It-Taljani u l-Franċiżi jużaw "navicella" u "navette". L-idea hi ta' vettura li "tbaħħar" min-naħa għall-oħra, imma fl-ispazju. Il-Malti għandu kelma għaliha din, u hija "lanċa" (waħda ġejja u l-oħra sejra...). Allura nistgħu nissuġġerixxu "lanċa spazjali", jew "lanċa tal-ispazju". Kemm tkun isbaħ kieku nibdew nirreferu għal-lanċa spazjali, u mhux għall-ispejsxatil!

Naturalment, biex espressjoni bħal din tiġi aċċettata mill-poplu, trid issir ħidma b'dan l-għan. Espressjoni ġdida tindara bir-repetizzjoni, pereżempju fuq ix-xandir u fil-gazzetti. U lil dawn, il-linji gwida jkollhom jingħataw minn kumitat għall-istudju tat-termini, taħt il-kappa tal-KNIM, li jittratta bir-reqqa din u espressjonijiet oħrajn bħal p.e. roadmap (mappa tar-rotta, għaliex le?), mad cow (ġenn il-baqar), skyscraper (ħakkiek is-sema?), zebra crossing (marki taż-żebra). Eżempji bħal dawn jeħtieġu ħsieb, immaġinazzjoni u ispirazzjoni, u ma jissolvewx fi ftit minuti. F'din il-fażi ta' ħsieb, il-kumitat jilqa' suġġerimenti għal xi "kolp ta' ġenju" mingħand il-pubbliku Malti. Mijiet ta' mħuħ ifittxu ispirazzjoni jafu jwasslu ferm aktar minn ħamsa!

Sakemm jinstabu s-soluzzjonijiet, jibqa' jintuża l-kliem bl-ilsien barrani, li jinkiteb b'ortografija barranija. Din tkun il-fażi tal-konkorrenza jew tat-tranżizzjoni. Il-konkorrenza tkun bejn "lanċa spazjali" u "space shuttle" bl-Ingliż. Il-kumitat tat-termini tal-KNIM jagħmel ħiltu kollha biex jippromwovi l-użu tal-espressjoni magħżula bil-Malti. Jekk din ma tindarax, jew il-kumitat jibqa' ma jsib l-ebda alternattiva għall-kelma bl-Ingliż, allura b'mod naturali u mingħajr skossi tibda sseħħ fażi ta' tranżizzjoni, u aktar ma jgħaddi żmien tibda titfaċċa, naqra naqra, l-espressjoni bl-Ingliż miktuba kif tinħass bil-Malti - spejsxatil... Dan seħħ u għadu jseħħ bi kliem bħal "baġit", li jidher li rebħet il-konkorrenza ta' "estimi", imma ġieli anke titħalla bl-Ingliż; u "netwerk" li bħalissa qed tikkompeti bl-aħrax ma' "xibka".

L-appell tiegħi lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti hu li jirreżisti t-tentazzjoni li jirrikorri mill-ewwel għall-użu ta' kliem Ingliż miktub kif jinħass bil-Malti. Dan il-proċess għandu jkun wieħed kemm jista' jkun naturali (bħalma seħħ bil-kliem kompjuter, baġit, eċċetra), sabiex wieħed iħalli ċans biżżejjed li tinstab, tiddaħħal u wieħed jittama tindara espressjoni ekwivalenti b'Malti ta' veru.


14 ta' Awwissu 2008



Nota: Din il-kitba hija riflessjoni biss tal-fehmiet personali tal-awtur.

1 comment:

christine said...

I agree with you 100% - the first time I was trying to read Daniela's Maltese hw paper while still at Junior school, I did not realise that in fact it was actually written in Maltese "punctuated" with may words like the ones you mentioned in your text. At first glance I thought I was reading something written in double dutch !! Unfortunately my Maltese spelling and reading leaves very much to be desired and trying to write such words prounounced in English but written in Maltese only makes things worse!! keep up the good work Tonio- christine