Up till now we're only aware of autumn because of the chill in the air. Suddenly, a week ago, it became biting cold. But soon we'll be able to enjoy the colourful side of the season. This is what we're looking forward to:
Showing posts with label Ritratti. Show all posts
Showing posts with label Ritratti. Show all posts
Thursday, October 21, 2010
Sunday, August 22, 2010
Il-Barrakka ta' Fuq
Issa apparti d-divorzju u l-isplużjonijiet tal-logħob tan-nar. Hemm postijiet wisq sbieħ f'Malta, u wieħed minn dawn huwa l-Barrakk ta' Fuq. Il-veduta fuq il-Port il-Kbir minn hemm hija tal-għaġeb. Imma ftit napprezzaw il-ġnien innifsu, u hawnhekk dawwart dahri lejn il-port, u rajt jitfaċċa qamar ġdid f'sema qed ibexbex, sfond perfett għall-obelisk li jinsab eżatt quddiem fejn kien - u forsi, nispera, se jerġa' jkun - il-lift tal-Barrakka.
Poġġejna nitkellmu, min xtara krips, min ħa sajder jew luminata, ftit karawett, it-tfal ħadu ġelat... nitpaxxew bil-frisk tas-sajf Malti filgħaxija. Aħna u ħerġin mill-ġnien biex immorru d-dar laqtitni xitla kkulurita mixgħula bi spotlajt. Għoġobni r-ritratt kif ħareġ:
Wednesday, August 4, 2010
Nostalġija
Kwieta l-qiegħa bħalissa fil-gallarija, anki għax għaddejt l-isbaħ ġimagħtejn bla internet, u daż-żmien jekk ma jkollokx internet tkun qisek maqtugħ mid-dinja.
Terġa' kont (u għadni) bil-muża tal-vaganzi, u ftit li xejn ma qed jiġru affarijiet li jġiegħluni nikkummenta. Li noqgħod nargumenta fuq id-divorzju naraha ħaġa tal-mistħija. Inkredibbli li fl-2010 f'Malta għadhom jiddiskutu suġġett daqshekk skadut - mhux kif għandu jkun allura ta, imma jekk għandhomx jippermettuh... Pajjiż ridikolu mmexxi minn politiċi ridikoli, u jiddispjaċini ngħid bl-appoġġ ta' poplu... li ma jafx aħjar...
U allura, bejn kif għidt għax kont 'elettronikament' maqtugħ, u bejn għal nuqqas ta' muża, li għandi x'nista' nitfa' hawn huma ritratti ta' wħud mill-postijiet idillijaċi li mort ingawdi f'dawn l-aħħar ftit ġranet.
Terġa' kont (u għadni) bil-muża tal-vaganzi, u ftit li xejn ma qed jiġru affarijiet li jġiegħluni nikkummenta. Li noqgħod nargumenta fuq id-divorzju naraha ħaġa tal-mistħija. Inkredibbli li fl-2010 f'Malta għadhom jiddiskutu suġġett daqshekk skadut - mhux kif għandu jkun allura ta, imma jekk għandhomx jippermettuh... Pajjiż ridikolu mmexxi minn politiċi ridikoli, u jiddispjaċini ngħid bl-appoġġ ta' poplu... li ma jafx aħjar...
U allura, bejn kif għidt għax kont 'elettronikament' maqtugħ, u bejn għal nuqqas ta' muża, li għandi x'nista' nitfa' hawn huma ritratti ta' wħud mill-postijiet idillijaċi li mort ingawdi f'dawn l-aħħar ftit ġranet.
Hawnhekk id-Dwejra, probabbli l-aktar post spettakolari fejn wieħed jista' jmur jgħum fil-gżejjer Maltin. Ma nafx tistax issejħilha bajja, għax imdawra kollha bl-irdum ħlief għal dir-roqgħa li tintlaħaq bit-taraġ u għall-bokka li tagħti għall-baħar miftuħ, parti minnha magħluqa bil-famuża Blata tal-Ġeneral. Tkun tgħum f'nofs din il-wesgħa ta' baħar ċar, frisk u nadif u mdawwar b'dan ix-xenarju hija sensazzjoni tal-għaġeb!
Il-pensinsula ta' Delimara fiha, mhux wieħed, imma tlieta jekk mhux aktar bajjiet ukoll mill-isbaħ. Ibda mill-favorita tiegħi l-Ħofra l-Kbira fi Xrobb l-Għaġin, tkompli b'St Peter's Pool, kif ukoll din tar-ritratt, Delimara proprja (magħrufa wkoll bħala l-Kalanka). Kollha diffiċli biex jintlaħqu - ħaġa komuni għall-postijiet kollha li qed insemmi hawnhekk, forsi għalhekk baqgħu daqshekk sbieħ, u għalhekk issib daqshekk kwiet u serħan. Did-darba sibtu terġa' aħjar mis-soltu hawn, għax il-bokka magħluqa minn naħa għall-oħra b'ħabel biex ma jidħlux bċejjeċ tal-baħar 'il ġewwa fejn jgħumu n-nies. Prosit u grazzi lill-Awtorità Marittima.
Waħda mill-isbaħ ġranet tagħna bħala familja dis-sena. Hawnhekk fejn jiltaqgħu id-daħla ta' Mġarr ix-Xini, erġajna Għawdex, u daħla żgħira maġenbha, imsejħa Ta' Kantra. Għal darb'oħra, sħana tremenda, baħar lixx kważi ħġieġ, ilma nadif, bram xejn (bram? bram x'ikun?). Ġurnata qabel kont għumt sal-blata u lura. Ġennata, għax fil-fatt ħafna aktar il-bogħod milli tidher. Wara r-ritratt, birra u snack, qabża oħra l-baħar, u lura Ta' Ċenċ nistrieħu. Ah xi ġmiel!
X'nostalġija diġà, lanqas ġimagħtejn wara. U mhux bilfors nostalġija? Id-data l-4 ta' Awwissu, it-temperatura 16-il grad, u nieżla x-xita. Fil-Belġjum, naturalment...
Thursday, July 15, 2010
Għal min forsi kien qed ifittixni...
Skużawni, id-darba l-oħra qarraqt kemmxejn bil-poplu meta wrejt ir-ritratti fejn kont se nqatta' l-eqqel tas-sajf.
Fil-fatt hawnhekk kont qiegħed:
U hawnhekk:
Fil-fatt hawnhekk kont qiegħed:
U hawnhekk:
U mument minnhom hawnhekk:
Ah, kemm hemm sabiħ!
Monday, July 12, 2010
L-eqqel tas-sajf
Dħalna fl-eqqel tas-sajf. Għalissa, min jixtieq isibni, tkun idea tajba jekk jipprova waħda hawn:
jew anki hawn:
Imma żgur mhux hawn:
jew hawn:
jew anki hawn:
Imma żgur mhux hawn:
Wednesday, June 2, 2010
"As Europe freezes..."
Ma' Xrobb l-Għaġin qbadt. Qed inqalleb ftit ir-ritratti biex intella' xi wieħed minnhom hawn, u rajt dan, il-"qoxra" tal-album fil-Picasa li semmejt As Europe Freezes.... Kienet ix-xitwa meta ħadtu dan, kif anki jindika l-isem tal-album. F'Malta kien żmien il-Milied, imma kien qisu r-rebbiegħa. Insomma, malli rajt dar-ritratt għidt, ma jistax ikun ma nżejjinx il-blogg bih, u hawn hu infatti!
Tuesday, May 25, 2010
Ġurnata sħuna fl-eqqel tas-sajf
Xrobb l-Għaġin. Jogħġobni wisq dal-post. Għandi numru ta' ritratti ta' dan wieħed mill-aktar postijiet li nħobb f'Malta, u tkun ħasra kieku ma nżejjinx il-blogg bihom.
Hawnhekk ftit aktar 'l isfel. Il-blat tal-irdum f'dawn l-inħawi magħmul minn ġebla tal-franka bajdanija, u wkoll ratba tant li meta jkun imqalleb il-baħar jiġi kollu abjad. Imma ma kienx il-każ meta ġbidt dar-ritratt!
Tinżel minn taraġ dejjaq, u tasal fuq il-blat ħdejn il-baħar. Allaħares kellu jsir popolari hawnhekk, għax ftit li xejn m'hemm post lixx fejn tpoġġi. Fortunatament, ftit jafu nies b'dal-post, u ftit nies jaqrawh dal-blogg (tnejn b'kollox...), jiġifieri se jifdalli biżżejjed spazju fejn nintasab meta mmur hemm is-sajf li ġej.
Semmejt li żmien ilu konna għamilna ftit ġimgħat naħdmu fuq mina li tagħti mill-power station għall-Ħofra ż-Żgħira, eżatt maġenb dil-bajja. Fil-brejk ta' nofsinhar ġieli kont niġi ngħum hawn. Naturalment, kont nitla' fuq il-blata li tidher f'dar-ritratt. Naturalment, kull darba li mmur hemm, jiġifieri kull sajf, immur nitla' fuqha.
Iġri jasal!
Monday, May 24, 2010
Il-Ħofra l-Kbira fi Xrobb l-Għaġin
Dan wieħed mir-ritratti favoriti tiegħi, ta' wieħed mill-postijiet favoriti tiegħi f'Malta. Kemm jista' jkun nagħmilha punt li darba fis-sena mmur ngħum hawnhekk. 'Il bogħod mill-massa tan-nies, u allura għall-kwiet. L-uniku ħsejjes li tisma' hawnhekk huma ta' xi dgħajsa, jew ta' xi lanċa tgħabbi jew tħott l-affarijiet għall-fish farm li hemm ftit 'il barra mix-xatt.
Din fir-ritratt tissejjaħ il-Ħofra l-Kbira. It-tieqa li tidher fit-tarf l-ieħor tal-bajja tagħti għall-Ħofra ż-Żgħira. Flimkien magħrufin bħala l-Ħofriet, u l-inħawi jissejħu Xrobb l-Għaġin. Hija dik il-parti tal-kosta ta' bejn il-Bajja ta' San Tumas u Delimara. Tal-għaġeb sabiħa dil-parti ta' Malta.
Naturalment, l-għorrief li għandna jmexxuna sabu mezz kif iħassruha - bil-power station, li anki fir-ritratt jidhru żewġt iċmieni tagħha. Iċ-ċumnija l-mostru tidher ukoll minn hawn, imma fir-ritratti li ħadt hawn ippruvajt kemm jista' jkun nevitaha. Fil-fatt, fil-Ħofra ż-Żgħira kont anki ħdimt jien stess fuq biċċa sfreġju hemmhekk - bnejna l-ħruġ ta' mina li mill-power station ta' Delimara jwaddab l-ilma msaħħan li jkun intuża biex iberred il-magni tal-impjant. Kien probabbli, anzi kważi żgur, l-isbaħ post li qatt ħdimt fih. Avolja ġieli ppruvajt, tant hi mwarrba u diffiċli biex tilħaqha li ili minn dak iż-żmien, qrib l-20 sena ilu, ma jirnexxieli nerġa' naraha l-Ħofra ż-Żgħira, li nqisha terġa' isbaħ mill-kbira.
Ir-ritratti qegħdin f'album fil-gallarija tar-ritratti li għandi fil-Picasa, 'Malta beaches'.
Din fir-ritratt tissejjaħ il-Ħofra l-Kbira. It-tieqa li tidher fit-tarf l-ieħor tal-bajja tagħti għall-Ħofra ż-Żgħira. Flimkien magħrufin bħala l-Ħofriet, u l-inħawi jissejħu Xrobb l-Għaġin. Hija dik il-parti tal-kosta ta' bejn il-Bajja ta' San Tumas u Delimara. Tal-għaġeb sabiħa dil-parti ta' Malta.
Naturalment, l-għorrief li għandna jmexxuna sabu mezz kif iħassruha - bil-power station, li anki fir-ritratt jidhru żewġt iċmieni tagħha. Iċ-ċumnija l-mostru tidher ukoll minn hawn, imma fir-ritratti li ħadt hawn ippruvajt kemm jista' jkun nevitaha. Fil-fatt, fil-Ħofra ż-Żgħira kont anki ħdimt jien stess fuq biċċa sfreġju hemmhekk - bnejna l-ħruġ ta' mina li mill-power station ta' Delimara jwaddab l-ilma msaħħan li jkun intuża biex iberred il-magni tal-impjant. Kien probabbli, anzi kważi żgur, l-isbaħ post li qatt ħdimt fih. Avolja ġieli ppruvajt, tant hi mwarrba u diffiċli biex tilħaqha li ili minn dak iż-żmien, qrib l-20 sena ilu, ma jirnexxieli nerġa' naraha l-Ħofra ż-Żgħira, li nqisha terġa' isbaħ mill-kbira.
Ir-ritratti qegħdin f'album fil-gallarija tar-ritratti li għandi fil-Picasa, 'Malta beaches'.
Wednesday, May 19, 2010
Vizzju misħut
Fiż-żu ta' Praga hemm rokna ddedikata għal dawk li jpejpu. Jidher li apprezzata għax hemm skoss truf tas-sigaretti użati ġmielhom. Jien apprezzajtha wkoll, speċjalment it-tpinġija fuq it-tabella.
Nawgura lill-vittmi kollha tat-tipjip li jirnexxielhom jaqtgħu dal-vizzju misħut. Nawgura wkoll lil dawk li ma jpejpux li ma jkunux huma wkoll vittmi tat-tipjip... ta' ħaddieħor. Tama fierħa, naf.
Sunday, May 2, 2010
Il-Parc de La Hulpe
Minflok irnexxieli niġbed dan, wieħed mir-ritratti favoriti tiegħi. Minbarra taħt il-borra, għad irrid ninzerta wkoll il-ħarifa bil-kamera hawnhekk, speċjalment jekk tkun xi għodwa biċ-ċpar ħiereġ mill-ilma tal-għadajjar. Wisq sabiħ ikun.
Friday, April 23, 2010
Waqt li l-Belġjum qed jikkollassa...
Ilbieraħ reġa' waqa' l-gvern tal-Belġjum. L-estremisti Fjammingi, li jridu l-Flanders jinfired mill-Belġjum u jsir pajjiż indipendenti, fil-parlament kantaw l-innu tagħhom il-Vlaams Leeuw (l-iljun Fjamming), waħedhom fil-kamra tal-parlament federali Belġjan. Kienet l-ikbar sfida s'issa għall-istat Belġjan. Ħadd ma waqqafhom, u xxandret diretta fuq it-television. Tant ilhom jitqanżħu biex ikollhom gvern li jirrappreżenta l-pajjiż kollu, u tant ilhom dawn il-gvernijiet ta' ftit xhur ħajja jfallu, li ħabtu bdew jaqtgħu qalbhom. Issa aktar minn qatt qabel qed jistaqsu fil-miftuħ - imma worth it dal-inkwiet u t-taħbit kollu? X'inhu l-iskop? Teżisti xi identità Belġjana wara kollox?Donnu l-ħsieb li qed jikber fil-pajjiż hu li: la jridu jagħmlu pajjiż għal rashom, jagħmluh u naqtgħuha darba għal dejjem. Igawduh il-Flanders tagħhom.
U waqt li l-pajjiż jinsab fix-xifer ta' kollass, fil-periklu li ma jibqax jeżisti... il-ġirien tagħna hawnhekk f'Hoeilaart qed jagħmlu barbikju f'lejla ta' temp mill-isbaħ, jixorbu l-inbid u jiċċaċċraw. X'jiġu jaqgħu u jqumu mill-Belġjum u r-Re Albertu u l-Prim Ministru u l-Vlaams Belang.
Dak hu l-kobor ta' dal-pajjiż u n-nies tiegħu. Jekk irid il-pajjiż jista' jisfaxxa. Il-ħaxix tal-ġnien ittrimjat, is-sema ċar, it-temp sabiħ, u l-inbid nieżel għasel. Dik l-importanti!
Tuesday, April 13, 2010
Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna
L-istess arja pjaċevoli kienet tinħass fil-bajja ta' Għajn Tuffieħa meta morna s'hemm waqt il-vaganzi tal-Għid, għal darba darbtejn, u bassart li forsi tkun l-aħħar bastjun ta' ambjent naturali f'Malta, wara li l-bqija tal-pajjiż ikun inkesa fil-ġebel u bil-konkos. Allaħares, imma tant hu miżmum tajjeb u mid-dehra protett minn għaqda ambjentalista, il-Gaia, li tieħu r-ruħ u tgħid, ejja, hawn post f'Malta li mhux mhedded mill-għedewwa tal-ambjent.
Wisq sabiħ Għajn Tuffieħa. L-ewwel darba poġġejna bil-qiegħda fuq ir-ramel, tliet koppji ħbieb antiki, u qgħadna npaċpċu għal sigħat sħaħ hemmhekk, taħt xemx qawwija mhux ħażin, imma b'żiffa friska tpatti għaliha. Dakinhar osservajt lil xi nies jixxabbtu fuq għadd ta' passaġġi fuq it-tafal aktar 'il ġewwa, fil-parti bejn Għajn Tuffieħa u bajja ta' maġenbha, il-Ġnejna, u tħajjart li l-ewwel ċans li jkolli darb'oħra mmur nittawwal s'hemm. B'hekk ġiet it-tieni okkażjoni fi żmien ftit ġranet li morna Għajn Tuffieħa, did-darba naqra aktar 'avventuruża' għax tlaqna jien u Sue nimirħu fuq it-tafal ta' bejn iż-żewġ bajjiet.
Ara xi ġmiel hemm:
Ħasra li meta tħares lura tara dik il-monstrożità ta' bini qed jiġġarraf, dak li (mingħalija) kien xi darba r-Riviera Martinique. Mamma mija xi kruha, x'kuntrast ikrah għall-ġmiel li hemm madwaru. Imma, proprja proprja, x'inhuma jistennew l-'awtoritajiet' (in)kompetenti biex iwaqqgħuh darba għal dejjem? Hemm xi ostakoli legali? Jew sempliċi inerzja infinita? Nispera li immaġinazzjoni żbaljata tiegħi, imma jien u tiela' lura mit-taraġ maġenb ir-rovini stħajjilt li l-arkati qishom qed jiġu rranġati. Ma jmurx se jirrestawrawh hu? Anqas naf ikunx aħjar jew agħar. Kif inhu ikrah, imma limitat u mill-bogħod ma tantx tagħti kasu. Jekk jerġa' jinbena min jaf kemm jespandi? X'biża', tgħid ġej xi Golden Sands Hotel ieħor? Xejn m'hu sagru f'Malta? Lanqas l-aħħar roqgħa ta' ġmiel naturali?
Komplejna għal għonq it-triq u malajr insejnih it-tiġrif. Wasalna sal-promontorju tafli ta' bejn Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna. Infexxejt niġbed ir-ritratti u Sue tistennieni aktar 'il quddiem, imma ma ddejqitx. Mhux it-tip ta' post li tiddejjaq tistenna fih! Is-sett sħiħ ta' ritratti ħarġu tajbin ħafna u tfajthom fuq il-Picasa. Hemm wisq biex inġibhom kollha hawn. Dan ta' hawn taħt juri l-bajja ta' Għajn Tuffieħa min-naħa l-oħra li s-soltu mdorrijin narawha. Il-bini monstru jidher fit-tarf ħdejn it-taraġ. Mill-bogħod kemm kemm m'għandux ċertu faxxinu, qisu xi rovini ta' minn żmien l-antik.
Daqshekk, iddeċidejt issa. Ir-ritratt tal-bini mġarraf se nneħħih, u minfloku npoġġi wieħed sura! Hekk aħjar, lanqas ħaqq kien se jħassarli l-paġna jaħasra. Ara xi ġmiel minflok. Din dik ir-ramla żgħira n-naħa ta' barra tal-Ġnejna, li tintlaħaq biss mill-baħar jew miż-żurżieqa tat-tafal:
U din il-veduta li stajna napprezzaw b'ħarsa 'l fuq mill-birra u l-Kinnie li ħadna wara l-mixja:
Komplejna għal għonq it-triq u malajr insejnih it-tiġrif. Wasalna sal-promontorju tafli ta' bejn Għajn Tuffieħa u l-Ġnejna. Infexxejt niġbed ir-ritratti u Sue tistennieni aktar 'il quddiem, imma ma ddejqitx. Mhux it-tip ta' post li tiddejjaq tistenna fih! Is-sett sħiħ ta' ritratti ħarġu tajbin ħafna u tfajthom fuq il-Picasa. Hemm wisq biex inġibhom kollha hawn. Dan ta' hawn taħt juri l-bajja ta' Għajn Tuffieħa min-naħa l-oħra li s-soltu mdorrijin narawha. Il-bini monstru jidher fit-tarf ħdejn it-taraġ. Mill-bogħod kemm kemm m'għandux ċertu faxxinu, qisu xi rovini ta' minn żmien l-antik.
Dorna mal-promontorju, ixxabbatna xi ftit minn fuq partijiet goffi bi blat imwaqqa', sa ma nżilna qrib l-ilma fejn hemm skoss blat li min jaf kemm ilu li tgerbeb 'l hemm isfel. Erġajna tlajna u komplejna d-dawra minn fuq passaġġ dejjaq maġenb żurżieqa twila tat-tafal li tibqa' nieżla l-baħar, in-naħa ta' barra tal-Ġnejna fejn jintlaħaq biss mill-baħar... jew miż-żurżieqa.
Għidna kos, kieku dat-tip ta' pajsaġġ naraw bħalu f'xi Ċipru jew l-Iżrael, ngħidu oooh kemm għandhom sabiħ. Imma dal-pajsaġġ qiegħed f'Malta, u qatt ma naraw dat-tip ta' ritratti li jirreklamaw lil Malta, dejjem l-istess xeni tal-katidral tal-Imdina, it-tieqa tad-Dwejra, u xi ritratt ta' xi festa. Sbieħ, imma fejnha l-varjetà? Għandna mijiet ta' postijiet sbieħ biex nistgħu niftaħru f'din naqra ta' ġebla li għandna. Mijiet. U safrattant anki ta' Għajn Tuffieħa, dawn l-inħawi meraviljużi, affaxxinanti, juru dejjem l-istess ritratt li xbajna naraw. Forsi għax tista' tiġbdu minn erba' passi 'l bogħod mill-karozza...Daqshekk, iddeċidejt issa. Ir-ritratt tal-bini mġarraf se nneħħih, u minfloku npoġġi wieħed sura! Hekk aħjar, lanqas ħaqq kien se jħassarli l-paġna jaħasra. Ara xi ġmiel minflok. Din dik ir-ramla żgħira n-naħa ta' barra tal-Ġnejna, li tintlaħaq biss mill-baħar jew miż-żurżieqa tat-tafal:
U din il-veduta li stajna napprezzaw b'ħarsa 'l fuq mill-birra u l-Kinnie li ħadna wara l-mixja:
X'ċuċ huma s-Sejxells u l-Kanarji?
Saturday, March 27, 2010
Ir-ritratt tax-xahar - April 2010
Kull filgħaxija kienu jiġu jinnamraw, dejjem fuq l-istess fergħa fil-ġnien tagħna. Ġiet ix-xitwa u ma rajnihomx aktar. Issa x-xitwa spiċċat, u reġgħu tfaċċaw. Kemm huma ħelwin! Sabiħa wisq ir-rebbiegħa.
Tuesday, March 2, 2010
Wied iż-Żurrieq, 30 ta' Diċembru 2009
Kien inżul ix-xemx memorabbli. Ix-xemx nieżla ħadet lewn ħamrani aktar mis-soltu, ksiet l-irdum ta' taħt iż-Żurrieq b'dawl ħafif ruxxan, waqt li minn wara l-irdum kien tiela' qamar kważi kwinta. Tal-għaġeb kien sabiħ.
Lura soqna mit-triq li timxi mal-kosta lejn Għar Lapsi u s-Siġġiewi. Inżul ix-xemx kien quddiemna, u l-ħmura qawwija li kien hemm fis-sema quddiemna qatt ma rajt bħalha.
Sabiħa Malta.
Subscribe to:
Posts (Atom)


