Del Piero xeħet l-għeruq fil-Juve, u ara min ifettillu jheddidlu postu fit-tim għax itellquh 'l hemm bil-garanzija.
L-ewwel vittma tiegħu kien il-ġenju tal-futbol Taljan per eċċellenza Roberto Baggio. Aqtagħlu rasu. Għal mal-Milan.
Ftit wara kien imiss lil Thierry Henry, li dam b'kollox tliet xhur mal-Juve qabel ma rregalawh lill-Arsenal, fejn kellu karriera ta' suċċess straordinarju.
Filippo Inzaghi kien qed jiskorja wisq gowls mal-Juve, ħafna iktar minn Del Piero li bilkemm kien qed isib ix-xibka. Mela tajru 'l hemm! Irregalawh lill-Milan, fejn għaxar snin wara għadu jiskorja l-gowls...
Aktar vittmi ta' Del Piero... Fabrizio Miccoli, sar ir-re ta' Palermo. Diego Ribas da Cunha, ma setax jaqbad art, u għax dis-sena fl-aħħar sabulu post tajjeb fejn seta' jilgħab tajjeb, proprju minflok Del Piero - ĊLAQQ! Aqtagħlu rasu. F'affari ta' ġimgħa eżiljawh għall-Ġermanja.
Is-sena l-oħra, diżastruża għall-Juve, kienet bdiet mhux ħażin. Del Piero kien imweġġa', u minfloku kien qed jilgħab Sebastian Giovinco. Sa Jannar kienu fit-tieni post ftit punti biss wara l-Inter. Imbagħad ħarġet il-proklama tal-Prinċep: SONO PRONTO A GIOCARE. Prattikament kienet sentenza tal-mewt għal Giovinco li spiċċa bilkemm lagħab logħba oħra wara. Minn dak il-mument bdiet il-kriżi - telfa wara l-oħra wara l-oħra - spiċċaw fis-seba' post, u tim bla logħob u bla karattru.
Lil Giovinco, żgħażugħ promettenti Juventin minn tfulitu, dabbrulu rasu wkoll. Issa sab lil min jafda fih, il-kowċ tal-Parma, u fl-aħħar jista' joħroġ it-talent pur tiegħu dal-plejer. Għall-ġid tiegħu, ħadt gost li telaq u mar fejn jista' jesprimi t-talent kbir li għandu.
U l-Juve kuntenti għax għandhom in-nannu Del Piero jikser ir-rekords, li għandu naturalment dritt sagrosant jilgħab għad-90 minuta sħaħ, anki jekk kull ma jagħmel hu li jaqa' mal-art kull meta jkollu l-ballun f'saqajh.
Showing posts with label Sports. Show all posts

Monday, August 30, 2010
Iblah
Jien iblah. Noqgħod ninkedd u ninkwieta fuq ħaġa li m'għandix kontroll fuqha u li bl-ebda mod ma tista' tirrifletti ikrah fuqi.
Ilbieraħ il-Juventus kellhom l-ewwel logħba tal-kampjonat. Wara sena diżastruża konna qed nittamaw li dis-sena se tkun differenti. Għamlu rivoluzzjoni fit-tim, xtraw kważi biex tgħaqqad tim ġdid, ħlief għan-nannu Del Piero li sfaw vittmi tiegħu żewġ rivali oħra għal postu - il-Brażiljan Diego u t-talent żagħżugħ promettenti Sebastian Giovinco. Issa Diego bagħtuh jilgħab il-Ġermanja, u skorja fl-ewwel logħba li lagħab hemmhekk, u Giovinco tellquh mal-Parma, fejn l-ewwel logħba tiegħu wera logħob tal-meravilji u rebbaħhom il-logħba waħdu.
U l-Juve? Bir-rivoluzzjoni kollha fit-tim, bil-plejers ġodda kollha li ġabu, il-kowċ ġdid, id-diriġenza ġdida... kważi kollox inbidel, barra Del Piero u r-riżultat. Reġgħu tilfu kontra l-Bari, u telfa mistħoqqa wkoll.
Kemm irrabjajt! X'saħta waqgħat fuqna, ktibt fuq il-Facebook, fost kliem baxx tat-tip &*^$€ kontra l-awtur tal-konfoffa li ġabet lill-Juve fi stat tal-biki li donnhom ma jistgħux iqumu minnu. Imma issa, qed ngħid... għaliex għandi noqgħod ninkedd jien minħabba fihom dawn? Dawn il-paga xorta qed joħduha, u paga tajba wkoll. Kollha miljunarji.
Mela ħallihom iħawdu kemm iridu. Jien x'għandi x'naqsam?

Sunday, July 18, 2010
'L-element uman'
Lanqas għadha għaddiet ġimgħa sħiħa mill-final tal-Werld Kapp, u qisha memorja mbiegħda diġà. Ilħaqt ġejt nikwi hawn f'Malta, dort skoss bajjiet u għumt ħafna, biex inpatti għall-fatt li ma nistax niġri, u x-xjatika jew ma nafx xi x-xjafek għandi f'koxxti reġgħet bdiet tinħass. Issa naqra naqra qed nibda ninkwieta li vera se jkolli nerfa' għal kollox mill-ġiri!
Imma ġejt nikteb hawn issa mhux biex noqgħod nibki. Ġejt biex naqla' minn fuq żaqqi dan l-argument kontra l-ħrafa li jħobbu jsemmu tal-'element uman', dawk kollha li jappoġġjaw lill-FIFA meta tinsisti li ma nużawx teknoloġija biex jonqsu drastikament l-oxxenità ta' deċiżjonijiet tar-referis li jkollu jissaporti kulħadd waqt il-logħob tal-futbol.
Dan tal-element uman hu argument bażwi għal kollox. Sakemm jibqa' jintlagħab il-futbol l-element uman hemm qiegħed u hemm se jibqa'. L-element uman huma t-22 plejer, is-sostituti, il-kowċis, il-ġurnalisti, il-miljuni ta' sapporters iffissati mġienen li jkunu qed jarawhom. IR-REFERI, KIEKU NISTGĦU NGĦADDU MINGĦAJRU GĦAL KOLLOX, IKUN ĦAFNA AĦJAR!
Jekk hemm xi referi qed ibati minn illużjoni li n-nies hija ffissata fil-futbol għax ikun hemm ir-referis... ta' min veru jitħassru. F'dinja ideali, logħba futbol tintlagħab bla referi. Din mhix xi ħaġa inkonċepibbli, għeżież żewġ qarrejja. Il-maġġoranza kbira tal-futbol fid-dinja jintlagħab bla referi. Pereżempju jien u numru ta' ħbieb tiegħi, għal 10 snin sħaħ, kull nhar ta' Sibt konna niltaqgħu f'biċċa grawnd u qatt, imma qatt, ma kien ikollna problema biex il-logħba tintlagħab normali, ovvjament bla referi. Kulħadd jafhom ir-regoli, u rraġuna minn hawn u minn hemm dejjem konna naslu għal qbil jekk kienx penalti, ħendsbol jew fawl.
Nissuspetta, anzi, għalkemm minix ċert hawnhekk, li l-ewwel logħob tal-futbol fl-istorja kien fil-fatt ikun bla referi, u d-deċiżjonijiet kienu jittieħdu b'sens komun bejn il-plejers. Inħass il-bżonn, eventwalment, li f'partiti akkaniti tajjeb li jkun hemm persuna newtrali biex deċiżjonijiet diffiċli jkunu jistgħu jiġu rreferuti (u għalhekk it-terminu 'referi') lilhom. Fil-fatt issa għadni kemm ikkonfermajt li veru dak kien il-każ. Tajjeb li wara li taqraw x'għandi x'ngħid jien fuq is-suġġett tittawlu f'dan il-link, għax hemm rakkont interessanti ta' kif il-figura tar-referi evolviet, minn litteralment xejn għal persuna maħtura minn kull tim biex tissorvelja l-logħba, bla dritt li tintervjeni fil-logħba (wisq sabiħ dal-kliem!), għal appuntu persuna li tiġi kkonsultata għal deċiżjonijiet diffiċli, sal-mument traġiku meta ngħatalhom l-awtorità jibdew jindaħlu u jordnaw ħendsbol, fawl eċċetra. Minn dak il-mument, din il-figura bdiet dejjem tassumi aktar ir-rwol ta' dittatur. Issa wasalna fl-estrem tal-lum il-ġurnata, meta qed niġġustifikaw kull forma ta' deċiżjoni żbaljata, li twassal għal riżultati assurdi u foloz f'kompetizzjonijiet importanti, biex nissalvagwardjaw il-preżenza ta' primadonna dittatur fil-grawnd.
Ħa ngħidha fi kliem ieħor. Fil-bidu tal-istorja tal-futbol inħoloq ir-referi biex deċiżjonijiet diffiċli jittieħdu tajjeb minn persuna newtrali. Issa r-referi m'għadux il-mezz biex jintlaħaq l-għan, imma sar l-għan fih innifsu. Ninsistu li d-deċiżjonijiet diffiċli jittieħdu ħażin, basta jkollna l-'element uman'.
Persuna li għandha awtorità hija rrispettata. Imma persuna b'awtorità, li kulħadd jista' jara li m'hix tħaddem l-awtorità tajjeb, minflok rispett tattira d-disprezz. Dik hi l-pożizzjoni ta' dawn id-dittaturi f'għajnejn in-nies. Biljuni ta' nies raw li l-ewwel gowl tal-Arġentina kontra l-Messiku kien offsajd ċar. Biljuni, prattikament in-nies kollha tad-dinja. ĦLIEF l-aktar żewġ persuni fuq il-pjaneta li kien importanti jkunu jafu eżatt x'ġara - ir-referi u l-linesman. F'sekonda r-raba' uffiċjal seta' jibagħtilhom messaġġ fuq il-headphones seksi li jkunu libsin: "offsajd kien". Dak kollox. F'sekonda tittieħed deċiżjoni korretta u ġusta. U n-nies tirrispettahom ħafna aktar lill-uffiċjali għax jafu li d-deċiżjoni tkun ibbażata fuq il-fatti, mhux fuq impressjoni.
Isiru robots ir-referis, imbilli ntuhom l-għodda li għandhom bżonn biex jagħmlu xogħlhom sew? U żgur li le!
Imma s-Sur Blatter tat-toqba t'għajni jrid l-element uman.

Sunday, July 4, 2010
Ispirazzjoni
Rafa Nadal reġa' għamilha! Wara li s-sena l-oħra ma setax jieħu sehem f'Wimbledon, minħabba wġigħ f'irkopptu li ħafna bdew jaħsbu se tirrovinalu l-karriera, dis-sena ġie lura b'saħħa tremenda. Kaxkar ir-Roland Garros, u issa Wimbledon. Il-ħasra li ż-żewġ finali li huma kienu kemmxejn bla storja - fi Franza kontra Soderling, u llum kontra Berdych. Donnha l-istilla ta' Federer jew bdiet tbatti, jew (nisperaw) battiet għal ftit taż-żmien. Nixtiequ nkomplu naraw aktar battalji bejn dawn iż-żewġ tennisti kbar, u mhux logħbiet finali one-way traffic...
Bħal daż-żmien sena kien hemm sportiv ieħor, inqas famuż, li wkoll għadda minn diżgrazzja sportiva. It-triatleta Malti Fabio Spiteri kien qed jipprepara għal Iron Man - avveniment li jien nista' biss noħlom li qatt nagħmel. Kien lest u kollox, imma fl-aħħar xahar qabel it-tellieqa waqa' fl-isprint finali ta' tellieqa bir-rota, u kiser spalltu. Addijo t-trejning kollu li kien għamel - u għal Iron Man trid tagħmel ħafna, ħafna trejning. Kellu jagħmel operazzjoni fi spalltu, u jagħmel żmien twil jirkupra saħħtu.
Illum, sena wara, il-ħolma ta' Fabio saret realtà, u rnexxielu jagħmilha l-Iron Man.
Fuq skala aktar umli... f'Hoeilaart, il-Belġjum, hawn maratoneta jħarbex dawn l-erba' kelmiet ilu x-xhur ma jistax jiġri, minħabba wġiegħ stupidu fil-koxxa li donnu ma jrid jgħaddi qatt. Hija esperjenza mill-aktar frustranti. Jien ukoll dis-sena ppjanajt biex niġri l-maratona ta' Praga f'Mejju, u kelli nieqaf mill-ġiri, għal żmien indefinit. Anzi, anki stajt nixxennaq nara lil sħabi l-maratoneti l-oħrajn jieħdu sehem f'dan avveniment li diġà kont inktibt u ħallast għalih.
Rafael Nadal, famuż, miljunarju, tennista straordinarju, ammirat fid-dinja kollha. Fabio Spiteri - Iron Man - atleta Malti b'rieda u saħħa straordinarja. Qatt ma nista' noqrob għal-livell tagħhom, imma t-tnejn għalija jservu ta' ispirazzjoni. Praga hemm se tibqa', il-maratona se jibqgħu jorganizzawha, darba fis-sena, u mhux se naqta' qalbi kif ġieb u laħaq milli xi darba mmur lura hemm u niġriha.

Monday, June 28, 2010
Refereeing farce
Fifa: "No goals on stadium screens". Maybe Fifa should go one further. No goals on any TV screen in the world. They might even consider if all football matches should be played behind closed doors, so no one would witness the refereeing farce that Blatter insists we should have. In fact, the teams involved shouldn't even bother playing the matches - the referee will decide the match result, after consulting the linesmen and the fourth official.
Saturday, June 26, 2010
Bqajt tgħaxxaqha sal-aħħar, Monsieur Domenech
Apparti l-vuvużeli. X'ingħidu għall-futbol li rajna s'issa? Tal-għaġeb hu? Vera, aqta' barra lill-Arġentina kollha għaxxquna bil-logħob.
L-Arġentina... kont għidt qabel bdiet il-Werldkapp li jekk imorru tajjeb tkun il-prova li mhux importanti min ikun kowċ jekk il-plejers ikunu tajbin. Fis-sens li "anki" b'Maradona, li bħala kowċ ma jiswa xejn, ikunu marru tajjeb.
Imma jkolli ngħid li għalaqli ħalqi. Bit-tħarbit u l-gwaj li għadda minnu, l-eżempju mill-agħar tal-istil ta' ħajja li kien qed jgħix, ma stajtx nifhem kif fdawh bit-tmexxija tat-tim nazzjonali. U sakemm ikkwalifikaw bil-ħniena bqajna ma nistgħux nifhmu. Issa bdew jilagħbu, u stajna naraw li Maradona rnexxielu jdaħħal fit-tim spirtu eċċezzjonali - konvinzjoni, grinta, entużjażmu. Tarahom fir-reazzjonijiet kull meta jiskurjaw, kollha ġirja waħda għal ħdejn il-bank tas-sostituti, kollha jifirħu flimkien. Rari naraw daqshekk tim spirit fil-futbol. Ovvjament, il-fatt li għandu sett ta' plejers mill-aqwa dejjem jgħin...
It-tim spirit. Ħmmm, pereżempju... Franza? X'effett jagħmel eh t-tim spirit? U x'ingħidu għal Raymond Domenech, mela? Kellu jispiċċa l-karriera tiegħu mat-tim ta' Franza bl-istess mod bħal Franċiż ieħor ċelebri - Zinedine Zidane - bi brutta figura. L-aħħar ħaġa li rajna 'l Zidane jagħmel bħala plejer tal-futbol kienet li joħroġ 'il barra mkeċċi wara d-daqqa tar-ras stil tat-toru fuq sider Materazzi. L-aħħar ħaġa li rajna lil Domenech jagħmel bħala kowċ ta' Franza kienet li rrifjuta jieħu b'idejn il-kowċ tas-Sawtafrika. Sportività eżemplari. Tgħid kien qara fl-oroskopu li ma jaqbillux jieħu b'idejn nies dakinhar, għax iġġiblu l-bedlakk?
Franza għamlu fjask. U dan iġibna mill-ewwel għall-Italja. Fjask kbir, dovut għal raġuni sempliċi ħafna. M'għandhomx biex jilagħbu. It-timijiet Taljani mimlijin plejers barranin, u l-plejers żgħażagħ promettenti jħalluhom jistaġnaw u jrabbu l-għanqbut fuq il-bank tas-sostituti. Dik kollha. Anki l-gowlkipers issa l-biċċa l-kbira barranin. Weġġa' Buffon u qishom kienu qed jilagħbu bla gowler.
Qbadtha fuq il-kowċis illum. Lil Lippi ma tantx għandi grazzja miegħu - narah arroganti wisq. Imma ammirajtu ħafna fil-konferenza stampa li ta wara li ġew eliminati. Emozjonat għall-aħħar, ma qgħadx ifittex l-iskużi, la għax tħassrilhom gowl għalxejn u lanqas għax kellhom l-aktar żewġ plejers importanti - Pirlo u Buffon - it-tnejn imweġġgħa. Bla ebda tlaqliq qal li kien it-tort tiegħu u ta' ħadd iżjed, għax ma rnexxilux joħroġ l-aħjar kwalitajiet mit-tim. Probabbilment, kellu f'moħħu wkoll allura li meta rebħuha erba' snin ilu l-mertu kien tiegħu... Imma jibqa' l-fatt li, għall-kuntrarju tal-kollega arċirivali tiegħu Domenech, Lippi ħareġ mix-xena b'mod dinjituż.
Forsi sinifikattiv il-fatt li waqt li l-Franċiżi u t-Taljani, iż-żewġ finalisti tal-2006, diġà marru lura d-dar, bħalissa qed tintlagħab il-logħba tat-tieni rawnd bejn l-Urugwaj u l-Korea t'Isfel. U għad jonqoshom jilagħbu, fit-tieni rawnd, il-USA, il-Gana, il-Ġapan u s-Slovakkja. Mhix kumbinazzjoni li f'dawn il-pajjiżi ma tantx jilagħbu plejers barranin. Issa naraw kif se tmur l-Ingilterra, fejn ukoll trid tfittex b'nemes biex issib plejer Ingliż jilgħab fil-kampjonat tagħhom.
L-aħħar rimarka fuq il-kowċis. Il-kowċ tal-Ġapan, karattru interessanti li qed jagħmel suċċess ħafna iktar milli kien mistenni bit-tim tiegħu, qal li wara l-Werldkapp se jirtira u jsir bidwi. Nawguralu sinċerament, l-ewwel nett li jirbaħ il-Werldkapp, u t-tieni li jagħmel suċċess mill-karriera l-ġdida li bi ħsiebu jaqbad.

Sunday, June 20, 2010
Ħassrulna nofs il-gost
Ġimgħa u nofs tard, nista' nibda nikkummenta fuq il-Werdkapp tas-Sawtafrika: l-ewwel Werdkapp li qed issir fil-kontinent Afrikan, b'rispett għall-politika tal-FIFA li l-ikbar kompetizzjoni tagħha ddur l-erbat irjieħ tad-dinja.
Prosit! Huwa anki rikonoxximent għall-progress kbir li wettqet l-Afrika fil-futbol, tant li bla dubju saru t-tielet forza fid-dinja fejn jidħol futbol. Bosta pajjiżi Afrikani huma ffissati fil-futbol. Hemm tant plejers Afrikani ta' livell mondjali li jilagħbu mal-aqwa klabbs fid-dinja, u ngħid ma tkunx sorpriża kbira kieku xi darba mhux fil-bogħod ikun pajjiż Afrikan stess li jispiċċa jsir iċ-Ċampjin tad-dinja.
Imma x'impressjoni qed jagħtu lid-dinja? X'idea qed jieħdu dawk il-miljuni u miljuni kollha ffissati fil-futbol, u li għalihom dan hu bla dubju l-aktar avveniment importanti, mhux sportiv biss, li jseħħ fid-dinja? L-Afrika qed torganizza l-Werdkapp, għajnejn id-dinja qiegħda fuqhom, imma tista' tgħid l-unika ħaġa li laqtitna mill-avveniment s'issa kienet... il-vuvużela!
X'ħasra. Fejn hi l-allegrija tradizzjonali Afrikana, fejn huma n-nies libsin ikkulurit jiżfnu u jdoqqu t-tnabar? Xejn. Minflok għandna żanżin monotonu kontinwu li joħnoq għal kollox kull emozzjoni mil-logħbiet. U jgħidulna dik il-Werdkapp tagħhom, ma niddettawlhomx kif għandha ssir, tradizzjoni, blablabla... Ħalluna tridu? Il-Werdkapp hi ta' kulħadd, tal-pajjiżi kollha fid-dinja, u mhux tas-Sawtafrika. Lis-Sawtafrika tawhom id-dritt biex jorganizzaw il-logħob, mhux biex iħassruh!
Tradizzjoni hux? Iddaħħaqnix trid! Kull użanza bla sens jew ħażina fid-dinja jiġġustifikawha bl-iskuża universali ta' "tradizzjoni". Il-vuvużela mhix tradizzjoni, imma hija sempliċiment l-agħar reklam immaġinabbli għall-futbol Afrikan.

Sunday, May 23, 2010
Inter - insult għall-futbol Taljan
L-Inter huma insult għall-futbol Taljan. Biex jirbħu ċ-Champions ramaw tim kollu kemm hu barranin, mingħajr plejer wieħed biss Taljan. Waqt iċ-ċelebrazzjonijiet rajna bnadar tal-Portugall, tal-Kamerun, tal-Maċedonja... imma l-ebda waħda tal-Italja. U l-boloħ ġurnalisti (il-ġurnalisti biss) Taljani jifirħu għax iċ-Champions League intrebaħ minn tim "Taljan".
L-istorja ta' dat-tim hi mibnija fuq dnub oriġinali: id-distruzzjoni tal-konkorrenza permezz ta' konfoffa vili li sejħulha Calciopoli.
Kwalunkwe tim ieħor kont ngħidilhom prosit tar-rebħa taċ-Champions League. Imma mhux l-Inter. Aħna l-Juventini qatt ma naħfrulhom tad-deni li għamlulna Moratti u l-klikka tiegħu. Iktar u iktar issa li qed jinkixef dak li ilna nissuspettaw - li huma kienu parteċipanti attivi fl-istess xibka ta' ħbieb tal-ħbieb li akkużaw biha lil ħaddieħor, speċjalment lill-Juventus. U aktar ma jgħaddi żmien aktar nistmerruhom, almenu sakemm jibqgħu hemm Dracula u sħabu.

Friday, May 21, 2010
Il-mossa tipika ta' Del Piero
Hemm hu, arah waqt it-training Del Piero. Mossa li tgħallem jagħmel b'perfezzjoni, u li fil-logħbiet (li jinsisti li għandu dritt jilgħab bilfors, għax inkella jdendel geddum sal-art) narawh jagħmilha kull darba li jidħol fl-azzjoni. Jaqa' mal-art.
Qabel kien famuż għax-xuttijiet à la Del Piero. Issa se nibqgħu niftakruh għall-waqgħat fl-art à la Del Piero.
Thursday, May 6, 2010
Il calcio italiano sul satellite: stendiamo un velo pietoso...
Ilbieraħ kien hemm il-final tal-Coppa Italia. Bħas-soltu f'dawn l-aħħar snin kienet bejn ir-Roma u l-Inter. Il-logħba ntlagħbet erbat ijiem biss wara li l-Inter prattikament rebħu l-Iscudetto, a spejjeż tar-Roma. Dan billi rebħu kontra l-Lazio, b'dawn tal-aħħar jitilfu apposta biex żgur l-Iscudetto jirbħuh l-Inter u mhux ir-Roma. Tista' timmaġina allura f'liema atmosfera ta' sportività ntlagħbet il-logħba tal-bieraħ. Eluf ta' aġenti ta' pulizija kontra l-irvellijiet, it-toroq kollha lejn l-Olimpico ta' Ruma magħluqa għat-traffiku, tiftix fl-inħawi ta' madwar l-Olimpico. Partijiet mill-istadium vojti biex it-tifosi jkunu l-bogħod minn xulxin. Atmosfera ta' gwerra.
Il calcio è un gioco, jgħidulek. Lo sport più bello del mondo. Il campionato più bello del mondo. Għas-superlattivi ħadd ma jgħaddihom kieku.
Il-final kienet mimlija daqqiet ta' sieq, provokazzjonijiet, kien hemm invażjoni tal-grawnd. Spettaklu tal-mistħija. Il-logħba ntweriet diretta fuq ir-Rai Uno, imma fl-Italja biss (u, ma nistax nifhem kif, f'Malta wkoll). Bis-satellita, bħal ma jiġri spiss meta juru xi logħba football, it-trasmissjoni kienet kriptata - skrin iswed.
Ma ttihomx tort. Spettaklu bħal dak ħasbuha tajjeb li jiċċensurawh. Bit-Taljan jgħidulu "stendiamo un velo pietoso".

Thursday, March 25, 2010
Mistoqsija retorika
Aktar ma naqas l-interess tiegħi fil-futbol, aktar qed jiżdiedu l-kitbiet fuq il-futbol hawnhekk (jew kif iħobbu jgħidulhom tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, il-"ktibiet"). Din bħal tal-post ta' qabel dan, fejn ikkritikajt il-format attwali ta' Quelli che il calcio, u malli waqaft nikteb mort nixgħel it-television biex narah... Jista' jkun l-interess tiegħi fil-futbol, jew in-nuqqas tiegħu, hu proporzjonali għas-suċċessi li jkunu qed jiksbu l-Juventus...
U la ġejna għas-suġġett. Mistoqsija retorika, li ma se jaqraha ħadd (ħlief iż-żewġ qarrejja ta' dal-blogg, voldieri jien xi darba fil-futur, u int, għażiż qarrej). Hawn hi d-domanda:
Hemm xi liġi tal-fiżika li tgħid li l-Juventus iridu jirbħu bilfors?
Donnu l-fatt li qegħdin fis-sitt post fis-Serie A, dis-sena tilfu 10 logħbiet tal-kampjonat (imma rebħu aktar), u nqalgħu miċ-Champions League u wara mill-Europa League, qed jitpinġew f'termini apokalittiċi, inkluż minni, ħa ngħidha wkoll. Ħeqq, paċenzja. Il-klassifika fiha 20 tim, hemm min jiġi l-ewwel, u hemm min anki jiġi d-dsatax jew l-aħħar. Anzi, is-sitt post mhux daqshekk ħażin!

Sunday, March 21, 2010
Quelli che il calcio...
Kien ikun hemm programm fuq ir-Rai Tre nhar ta' Ħadd waranofsinhar, waqt li qed jintlagħbu l-logħbiet tas-Serie A. Tgħidx kemm kienet trasmissjoni ħelwa u simpatika.
Quelli che il calcio.
Dak il-ħin it-TVs Taljani li jinqabdu normali ma jistgħu juru logħob tal-futbol. X'kienu jagħmlu? Kienu jagħmlu kollegamenti diretti u minflok ma l-kameras ikunu ppuntati lejn il-logħob, kienu juru n-nies li qed jaraw il-logħob, anzi kienu jibagħtu hemmhekk personaġġi magħrufa u li jżommu ma' kull wieħed mit-timijiet li jkunu qed jilagħbu, biex jikkummentaw fuq dak li qed jaraw. Fl-istudio kien ikun hemm xi ħaġa simili - imma l-mistednin kienu jaraw il-logħba tat-tim tagħhom fuq skrin żgħir quddiemhom.
Il-personaġġi. Kien hemm nies li saru famużi permezz tal-programm stess. L-aktar tnejn popolari kienu Idris u Suor Paola. Idris (ismu proprja Idris Sanneh) hu Senegaliż iswed faħma bbażat fl-Italja, u iffissat fil-Juventus. Il-mutetti li jagħmel waqt mumenti ta' tensjoni fil-logħbiet tal-Juve 'l kulħadd kienu jdaħħqu. Kienu mutetti ġenwini imma, mhux sfurzati biex għat-taparsi jdaħħqu.
Suor Paola, kif jidher minn isimha hija soru, u żżomm mal-Lazio. Aktar moderata minn Idris fl-atteġġamenti tagħha, kif titlob wara kollox il-vokazzjoni tagħha, imma akkanita ħafna wkoll. Tieħu sehem f'inizjattivi ta' karità, u fl-Italja hija popolari ħafna.
Kienu jiġu mistiedna, fuq bażi regolari, kultant, jew għal darba biss, personaġġi magħrufa li ma għadhomx jidhru aktar, forsi għax bidlu l-attività jew għax irtiraw. Pereżempju kien jiġi l-mibki "Tonino Carino da Ascoli", li ħalliena ftit ġranet ilu, eks ġurnalist ta' Novantesimo Minuto maħbub u famuż għal kif kien iħawwad il-pronunċja tal-ismijiet. Kienu jibagħtuh bħala "ġurnalist" jikkummenta fuq waħda mill-partiti prinċipali. Everardo da la Noce - ġurnalist irtirat li qabel kien jagħti l-aħbarijiet finanzjarji, iżomm ma' Spal imma fil-futbol ma jifhem xejn, u l-istess kien il-mibgħut ta' xi waħda mil-logħbiet - iħawwad ma ngħidlekx kemm.
Is-sabiħ tal-programm kien li tista' ssegwi r-riżultati kif qed jiżvolġu, imma fl-istess ħin il-programm kien magħmul b'mod li dak kollu li qed jiġri jieħdu kollu kemm hu biċ-ċajt. Kien jiġi dak il-buffu Teo Teocoli jilbes ta' xi ħadd famuż bħal Adriano Galliani, u jmur f'xi stadium jikkummenta fuq il-logħba tal-Milan u skoss affarijiet oħra li m'għandhom x'jaqsmu xejn.
Kollox, imma, b'mod pakat, bla malizzja u mingħajr eżasperazzjoni la fuq ir-riżultati tal-logħbiet imma lanqas biċ-ċajt innifsu, immexxi b'perfezzjoni minn Fabio Fazio. Kien l-isbaħ riklam għal dak li hu tajjeb fl-Italja. Ħafna drabi kont nippreferi nara Quelli che il calcio, voldieri r-reazzjonijiet u l-bużullotti tan-nies li qed jaraw il-partiti, milli l-logħbiet stess li jkunu qed jintwerew dak il-ħin stess bis-satellita.
Fl-2002 Quelli che il calcio spiċċa. Fabio Fazio ddeċieda jibda xi ħaġa ġdida, u minfloku daħlet tippreżenta Simona Ventura, u daħħlet magħha tim ta' nies għal kollox differenti. L-idea bażika tal-programm baqgħet l-istess, imma r-ruħ spiċċat. Ċajt imqanżaħ, artifiċjalità mill-bidu sal-aħħar. X'ħasra. Sar eżatt bil-maqlub ta' li kien qabel, riklam did-darba ħażin għall-Italja. M'aħniex 'il bogħol milli qed jiġri fil-kampjonat tal-futbol stess wara kollox.
Issa se mmur nixgħel it-TV biex narah allura...

Tuesday, March 9, 2010
Tonino Carino da Ascoli
Ħajjitna hija vjaġġ fiż-żmien, li matulu nsiru nafu u nħobbu numru kbir ta' persuni u personaġġi, li wħud minnhom eventwalment nassoċjawhom ma' parti minn ħajjitna li niftakru b'ċerta nostalġija.
Għalija wieħed minn dawn kien Tonino Carino, jew, kif inhu magħruf minn kull min għandu 'l fuq minn 40 sena u jsegwi l-futbol Taljan, Tonino Carino da Ascoli.
Ascoli Piceno hija belt żgħira Taljana fuq in-naħa tal-Adrijatiku, u għal numru ta' snin fis-70'ijiet u t-80'ijiet kellhom tim ta' ċertu kalibru li dejjem jilgħabha bejn is-Serie A u s-Serie B. Meta jkunu fis-Serie A, il-ġurnalist li fuq in-Novantesimo Minuto kien jirrapporta l-logħbiet 'home' tal-Ascoli kien Tonino Carino, li kien "jiffirma" t-tmiem ta' kull kollegament bi frażi li saret kważi leġġendarja "Tonio Carino da Ascoli".
Kien personaġġ simpatiku, qatt kontroversjali, maħbub minn kulħadd. Issa ħalliena, u miegħu mietet parti minn tfuliti. Jgħaddu s-snin, u mal-milja taż-żmien aktar jikber iċ-ċirku ta' nies u personaġġi li nsiru nafu, u allura aktar tibda tiġri ta' spiss li tmut persuna li nkunu nafu. Apparti li kollha kemm aħna qed nikbru fl-età...
Immaġina kieku xi darba jitfaċċalna fuq l-iskrin u jgħidilna "Tonino Carino dal paradiso".
Addio Tonino, e grazie di essere esistito!

Sunday, February 28, 2010
Qed jeqirduh il-futbol
Aktar ma jgħaddi żmien qed joħroġ ċar kemm sar impossibbli li referee u żewġ assistenti (it-tielet wieħed biex jirrita lill-kowċis biss qiegħed hemm) waħedhom ma jistgħux ilaħħqu mal-pass tal-logħba moderna. Qed naraw dejjem aktar żbalji kruċjali f'ħafna mil-logħbiet. Il-logħob aktar mgħaġġel, l-importanza tar-rebħ, l-isteriżmu esaġerat tal-protagonisti u d-diriġenti qed iġiegħlu lir-referees jitilfu ħafna mil-luċidità, bir-riżultat ta' ammont dejjem jikber ta' deċiżjonijiet ridikoli li jaffettwaw riżultati ta' logħbiet importanti.
Jekk iridu li l-futbol ma jitlifx il-kredibilità tiegħu, ikollha bilfors tiddaħħal it-teknoloġija. U mhux jiġu jgħidulna dik l-ereżija li l-iżbalji tar-referees jagħmlu l-futbol interessanti. Altru li le, anzi l-iżbalji tar-referees qed bil-mod il-mod ikunu r-rovina tal-futbol. X'fiha interessanti li final ta' Champions League tintrebaħ b'gowl minn offside? Ġrat din. X'fiha interessanti li final ta' Champions Cup titrebaħ b'penalti għal fawl żewġ metri barra l-kaxxa? Ġrat ukoll din. X'fiha interessanti li final tat-Tazza tad-Dinja tintrebaħ b'gowl li lanqas biss daħal? Anki din ġrat.
Sinjuri Blatter u Platini. Sur Platini, għandi rispett kbir għal dak li kont tagħmel bħala plejer tant li nqisek probabbli l-aqwa plejer li qatt rajt jilgħab. Sur Blatter, m'għandi l-ebda rispett għal dak li kont u għadek tagħmel... Sinjuri Blatter u Platini, il-futbol sabiħ għax ikun hemm logħbiet eċċitanti, għax ikun hemm azzjonijiet, ġesti atletiċi, salvataġġi tal-goalkeepers u gowls spettakolari. Dawn l-affarijiet il-plejers u l-kowċis huma responsabbli għalihom, mhux ir-referees. Ir-referee qatt u bl-ebda mod ma jista' jagħmel il-logħba aktar interessanti. Ir-referee jista' jkollu żewġ tipi biss ta' impatt fuq logħba - jew wieħed newtrali, jew inkella impatt negattiv, voldieri b'deċiżjonijiet żbaljati li jipproduċu riżultat falz.
Sinjur Blatter u Platini, jekk tridu li l-logħba tal-futbol tibqa' kredibbli trid bilfors tiddaħħal it-teknoloġija biex tgħin lill-uffiċjali tal-logħba. Irid ikun hemm replays għal kull meta r-referee jkollu dubju fuq x'ġara (x'fiha ħażin b'daqshekk? Kemm mingħalihom huma tajbin dawn li jistgħu jiddeċiedu kollox fi kwart ta' sekonda?), u anki numru limitat ta' opportunitajiet biex il-captain jew il-kowċ ikun jista' jikkontesta deċiżjoni, bħal ma jiġri fit-tennis. Wasalna fi stat fejn kważi kull logħba tiġi influwenzata f'direzzjoni jew oħra minn deċiżjoni żbaljata. U dejjem nisimgħu l-ilsna ħżiena ta' nies li ma jafux jieħdu telfa jgħidu li r-referees imbagħbsin. Ejja naqtgħuha darba għal dejjem din għax ħsara biss qed tagħmel. Jippruvaw kemm jippruvaw, ir-referees waħedhom m'humiex ilaħħqu. Tuhom l-għodda ħa jkunu jistgħu japplikaw ir-regoli tal-logħba kif suppost!
U kif qegħdin fiż-żifna, tajjeb nintroduċu xi ftit bidliet fir-regoli:
1. Dal-ħafna tkeċċijiet għal sempliċi fawl jew penalty hemm bżonn jinqatgħu. Fawl fuq l-aħħar raġel fil-każ agħtih penalty. Li tim tħallih bi plejer inqas tispiċċa tħassarha logħba. Penalty ismu miegħu - kważi gowl ċert. Kastig biżżejjed.
2. Agħar minn hekk, il-karti sofor fuq plejer li jkun sofra fawl, imma għax ir-referee injorant jew għajnejh difettużi (jew ma jikkonsultax ir-replay...) ma jindunax li kien penalty u minn fuq lill-plejer iffawljat jeħodlu ismu! Inġustizzja aktar minn hekk...
3. Is-sistema tal-karti sofor u l-iskwalifiki hemm bżonn tinbidel. Għal kull daħla kerha plejer għandu jitkeċċa għal 10 minuti. It-tielet darba jitkeċċa għal kollox. Il-fatt li jitkeċċa għal 10 minuti huwa diżinċentiv mill-ewwel kontra l-fawls koroh. U l-kastig jieħdu dak il-ħin stess. Skwalifiki jingħataw biss għal imġiba gravi, jew fawls partikolarment vjolenti. Il-bqija jekk plejer jitkeċċa l-kastig qed jieħdu dak il-ħin stess, u m'hemmx għalfejn jerġa' jkun skwalifikat logħba oħra.
4. Sostituzzjonijiet isiru bħall-basketball, il-waterpolo u l-ice hockey - kemm iridu u waqt li għaddej il-logħob. Jista' jieħu ħsieb jikkontrollaha r-raba' uffiċjal, għall-inqas ikun qed jagħmel xi ħaġa għall-ġid. U mhux qisha ċerimonja tal-ħatra ta' president sempliċi sostituzzjoni. Hekk jinqata' l-vizzju misħut tas-sostituzzjonijiet waqt l-injury time biex jaħlu l-ħin! U l-waqfien kontinwu fil-logħob sakemm il-plejers sostitwiti jimxu t-tul kollu tal-grawnd... Dawn għandhom ikollhom l-opportunità li jerġgħu jidħlu jilagħbu, ħalli jħossuhom għadhom jagħmlu parti mil-logħba, u mhux daqs li kieku sfaw imkeċċija. Għandhom raġun bħalissa jkunu ddiżappuntati u rrabjati meta jqaċċtuhom ħesrem 'il barra mil-logħba!
5. U x'ingħidu għall-passaġġ tal-ħin, u l-ħela tiegħu? Imma din daqshekk diffiċli biex titħaddem li l-ħin jgħodd biss waqt li jkun għaddej il-logħob? Jitħaddem f'daqshekk sports differenti! Żewġ taqsimiet ta' 30 minuta kull waħda, bil-ħin jieqaf ma' kull waqfien fil-logħob, u daqshekk xeneġġati u brutti figuri biex jinħela l-ħin.
6. Aktar regoli ġodda li hemm bżonn. Ballun ħabat ma jdejk - handsball dejjem. Jekk mhux intenzjonali, paċenzja. Kemm jonqsu kieku l-handsballs "mhux" intenzjonali! Azzjoni ta' attakk jitwaqqaf għal offside f'każ ovvju ħafna biss, il-bqija jekk ikun dubjuż il-logħob jibqa' għaddej, u jekk isir gowl jikkonsultaw ir-replay.
Kemm jista' jkun aħjar il-football. Naqra żiffa ta' arja friska kull ma hemm bżonn, imma naf li aktar hemm ċans tinżel il-borra fid-deżert milli tinħass xi żiffa qalb il-poteri mmuffati tal-FIFA.

Sunday, February 21, 2010
Użurpaturi
Ipprotestaw ħej, l-użurpaturi. Jippretendu li jiksru r-regoli kollha, jissalvaġġjaw u jibqgħu jagħmlu li jridu bir-referi jħalli kollox għaddej.
1. Samuel iffawlja lill-attakkant tas-Sampdoria li kien tiela' waħdu biex jiskorja. Tkeċċija ġusta.
2. Cordoba ddobba karta safra ġusta wara li ħareġ mill-barriera u mblokka freekick - u pprotestaw ħafna fuq hekk ukoll... - u wara għamel fawl ikrah f'nofs il-grawnd. Karta safra - barra. Forsi ħaseb li jekk ikun urih karta safra tfisser li jista' mbagħad jagħmel li jrid għax mhux se jissogra jurih oħra, peress li plejer tal-użurpaturi.
3. Fil-fatt hekk irraġuna wkoll Milito li fit-tieni taqsima daħal bil-qiegħ taż-żarbun fuq il-qasba ta' sieq Palombo tas-Sampdoria. Ħallielu farrett ta' xi 6 pulzieri. Minflok keċċih ir-referi beża' mill-atmosfera ta' intimidazzjoni maħluqa minn Mourinho u l-użurpaturi sħabu, u taparsi ma rahx. Lanqas biss ħadlu ismu.
Fir-realtà r-referee ffavorihom lill-iscudettati tal-kartun. L-interċettaturi lbieraħ bi tmien plejers kellhom jispiċċawha l-logħba.
Wara kellhom il-wiċċ vili jipprotestaw. Isa, qabbdu lit-Telecom Italia jirrekordjaw xi telefonata biex ipinġuha li r-referi mbagħbas issa wkoll. Jew inkella minflok, għallmu lill-kowċ u lill-plejers li lill-avversarji trid tirrispettahom u li trid iġġib ruħek bħan-nies waqt logħba futbol.

Tuesday, February 9, 2010
Ranieri għalqilna ħalqna
Ikolli ngħid żbaljajna fuq Claudio Ranieri, meta ddeċidejna, jien fost ħafna oħrajn, li kien hu li jaħti għas-sensiela ta' riżultati ħżiena li kienu qed iġibu l-Juve.
Dis-sena mar mar-Roma, u ġabhom nies.
Mela għaliex mal-Juve ma rnexxiex, u sadattant il-Juve sejrin mill-ħażin għall-agħar? Mid-dehra hemm xi ħaġa mhix qed tikkwadra fil-Juve. Ma kienx Ranieri, u lanqas dawk li ġew warajh: kowċ wieħed wara l-ieħor wara l-ieħor u ħadd minnhom ma jista' jsib irkaptu. Imma jekk mhux it-tort tal-kowċ, allura fejn qiegħda l-problema tgħid...?
...
...Tgħid?

Tuesday, February 2, 2010
Sirna qisna l-Inter...
... u aktar fil-baxx minn hekk ma tistax taqa' fil-futbol.
Kull sajf nixtru xi plejers u ottimiżmu m'għola s-sema, se nkaxkru kollox. Jgħaddu ftit ġimgħat, u nkeċċu l-kowċ. F'erba' snin, minn meta d-diriġenti l-ġodda TALBU biex nitwaqqgħu fis-Serie B, kellna lil Didier Deschamps (dam sena), Claudio Ranieri (sentejn), Ciro Ferrara (8 xhur), u issa Alberto Zaccheroni, u dan bid-dikjarar għal sitt xhur biss. Anzi aċċetta. Wara jridu lil Rafa Benitez, li marbut b'kuntratt mal-Liverpool għal xi 4 snin oħra. Għandhom raġun jipprotestaw il-Liverpool. Issa l-isbaħ dan l-unika ħaġa ta' sugu li qatt rebaħ kienet b'ċikkatura, purament diżgrazzja li f'mitt sena oħra ta' futbol qatt ma terġa' tiġri: il-famuża final mal-Milan fejn kellhom jaqalgħu sitta imma minflok spiċċaw 3-3 bil-penalties. Il-league tal-Ingilterra f'xi 20 sena kemm ilu jikkowċjahom qatt ma rebħuħ.
Imma lilu jridu, m'hemmx x'tagħmel, avolja marbut b'kuntratt. Probabbli għax mhux Taljan.
Sadattant Del Piero qed ikompli jurina kemm għadu plejer kbir. L-ewwel qabeż qabża għal rasu fil-kaxxa l-kbira, u r-referee qallu terġax. Imbagħad żelaq minflok ixxuttja, u r-referee vvinta penalty. Kieku jien kont immur fuq ir-referee u ngħidlu li żlaqt. Minflok tgħidx kemm iċċelebra, qisu għamel xi opra kbira għax skorja minn penalty vvintat.
Nistgħu mhux noqogħdu kull darba nibdlu l-kowċ, għax qabel ma neħilsu minn dak l-ankra, li donnu ħadd m'għandu l-kuraġġ jgħidlu jibqa' bil-qiegħda mas-sostituti, indaħħqu n-nies bina se nibqgħu. Eżatt kif kienu jagħmlu ċ-champions tal-ispjunaġġ u tal-iscudetti tal-kartun.
U xi ngħidu mbagħad għal Amauri? Kemm għandu xagħru lixx u sabiħ hu...? U dak Diego, dak x'ikun proprja? U Buffon, min jaf kieku kultant jilqa' xi xutt tgħid?
Zoff, Gentile, Cabrini, Furino, Morini, Scirea, Causio, Tardelli, Boninsegna, Benetti, Bettega. Kowċ: Trapattoni (mhux sena dam dan, imma 10 snin). Dak kien tim. Il-formazzjoni għadni niftakarha bl-amment iktar minn 30 sena wara.

Sunday, December 13, 2009
Un portiere al posto di una primadonna
Gianluigi Buffon si è operato al menisco e tornerà in campo a fine gennaio. Vuol dire che per qualche partita, giusto per sei settimane meno la pausa natalizia, ci sarà un portiere invece di una primadonna a difendere la porta della Juve. Magari Alex Manninger effettuerà pure delle parate sui tiri degli avversari, invece di prendere un gol per ogni tiro...
Wednesday, December 9, 2009
Da x'ikun?

Da x'ikun? U għax ma jqaxxarx il-leħja kif qallu Chiellini? Suppost kellu jkun l-istilla, il-ponta tad-djamant ta' formazzjoni tlellex tal-Juventus, irrinfurzata bl-aqwa kampanja akkwisti wara tar-Real Madrid, bla bla bla bla bla. Kieku lgħabt jien ma stajtx nilgħab agħar milli lagħab Diego l-bieraħ fid-disfatta kontra l-Bayern.
U x'ma naqalgħux damdima... bla ideat, bla ħeġġa. Lanqas fi friendly ma tistennihom ikunu daqshekk illuppjati, aħseb u wara f'logħba deċiżiva taċ-Champions League, home, kontra l-Bayern Munich.
U Del Piero, nofs tunnellata toqol kapaċi biss jaqa' jew jiffawlja, bil-kemm jiflaħ jimxi... tużah mill-ewwel minuta fl-aktar logħba importanti tas-sena?
U Amauri għax ma jinteressax ruħu aktar fil-logħob milli f'xagħru?
U Giovinco kif tippretendih jagħmel il-mirakli fl-aħħar 10 minuti tal-logħba? Jekk m'għandhomx fiduċja fih għax ma jbigħuhx milli jħalluh irabbi l-għanqbut fuq il-pankina?
M'hemmx reġista a la Pirlo li jiddetta l-logħob. M'hemmx fiżjonomija ċara ta' logħob. M'hemmx karattru. M'hemm xejn... Nikkonsla li hekk jew hekk it-timijiet kollha se jinqalgħu miċ-Champions League eventwalment. U iva, barra wieħed, u sakemm dak il-wieħed ma jkunx l-Inter ma jimpurtax.
Il-kanna li se jkollna nieħdu sehem fil-Coppa UEFA. Dik oħra tal-għaġeb. L-unika kompetizzjoni fid-dinja li tikkwalifika għaliha billi titlef. Aħjar ġejna l-aħħar fil-grupp, xejn xejn konna nikkonċentraw fuq il-league biss.
Kos, qed ngħid... F'dar-ritratt Diego qisu Joseph Muscat kieku jixxrinkja u jitħajjar jilbes parrokka hu? Ħeħeħe ;-)
L-aħħar tgergira u ndabbar rasi. Iva mamma mija Buffon mank għallinqas jipprova jilqgħu penalty?
Thursday, November 26, 2009
Fatti un favore Alex, smetti!
Caro Alex Del Piero
Sei stato uno dei più grandi giocatori di tutta la storia della Juve. Anzi, l'hai fatta tu una buona fetta della storia della Juve. Vorremmo, quando avrai smesso di giocare, che di te ricorderemo i bei gesti, i grandi gol, la fantasia. Il gol in semifinale contro la Germania. Il gol su punizione contro l'Inter a San Siro. Gli straordinari gol 'à la Del Piero' in Champions League.
Tutto, tranne la penosa figura di un giocatore pesante, falloso, ininfluente, sfinito, che vuol giocare per forza al posto di gente più giovane e più in forma.
E allora fatti un favore e uno a tutto il popolo bianconero. Smetti, perchè la Juve ha bisogno di undici e non dieci giocatori in campo. Smetti, perchè rischi di rovinare la bella immagine che ti sei guadagnato in tutti questi anni di gloriosa carriera.
Magari mi smentirai ancora, con altre grandi prestazioni che ci porteranno a importanti traguardi. Ma francamente... e per carità non dire più che vuoi giocare il mondiale in Sud Africa!

Subscribe to:
Posts (Atom)