Ipprotestaw ħej, l-użurpaturi. Jippretendu li jiksru r-regoli kollha, jissalvaġġjaw u jibqgħu jagħmlu li jridu bir-referi jħalli kollox għaddej.
1. Samuel iffawlja lill-attakkant tas-Sampdoria li kien tiela' waħdu biex jiskorja. Tkeċċija ġusta.
2. Cordoba ddobba karta safra ġusta wara li ħareġ mill-barriera u mblokka freekick - u pprotestaw ħafna fuq hekk ukoll... - u wara għamel fawl ikrah f'nofs il-grawnd. Karta safra - barra. Forsi ħaseb li jekk ikun urih karta safra tfisser li jista' mbagħad jagħmel li jrid għax mhux se jissogra jurih oħra, peress li plejer tal-użurpaturi.
3. Fil-fatt hekk irraġuna wkoll Milito li fit-tieni taqsima daħal bil-qiegħ taż-żarbun fuq il-qasba ta' sieq Palombo tas-Sampdoria. Ħallielu farrett ta' xi 6 pulzieri. Minflok keċċih ir-referi beża' mill-atmosfera ta' intimidazzjoni maħluqa minn Mourinho u l-użurpaturi sħabu, u taparsi ma rahx. Lanqas biss ħadlu ismu.
Fir-realtà r-referee ffavorihom lill-iscudettati tal-kartun. L-interċettaturi lbieraħ bi tmien plejers kellhom jispiċċawha l-logħba.
Wara kellhom il-wiċċ vili jipprotestaw. Isa, qabbdu lit-Telecom Italia jirrekordjaw xi telefonata biex ipinġuha li r-referi mbagħbas issa wkoll. Jew inkella minflok, għallmu lill-kowċ u lill-plejers li lill-avversarji trid tirrispettahom u li trid iġġib ruħek bħan-nies waqt logħba futbol.
No comments:
Post a Comment