Ma nafx. Kultant jiġuni d-dubji. F'Diċembru kellhom il-konferenza ta' Kopenħagen fuq it-tibdil fil-klima waqt li l-Ewropa kienet qed tiffriża, litteralment povri nies imutu bil-kesħa. U t-tibdil fil-klima li kienu qed jiddiskutu ma kinitx il-kesħa, imma s-sħana kkawżata mill-gassijiet li qed inwaddbu fl-atmosfera.
Imma fejnha dis-sħana kollha? Jannar li għadda hawnhekk fil-Belġjum kien l-aktar xahar fi kważi mitt sena, mill-1917 'l hawn eżattament, li kien fih ġranet meta niżlet il-borra. Altru mhix is-sħana. Kuljum kesħa taqsmek, għal ġimgħat sħaħ waħda wara l-oħra. Qażżitna. U x-xitwa ta' qabel ma ċċajtatx lanqas...
Jgħidulek imma s-sajf ara kemm qed tagħmel sħana. Iva, imma x'fiha daqshekk stramba? Nafuha u drajniha din: fis-sajf tagħmel is-sħana. Skoprejna l-Amerka? Meta ma kienx ikun sħun is-sajf?
Ħeqq, nimmaġina ġabru skoss statistika, kejl ta' temperaturi u tal-ħxuna tal-kappa tas-silġ fl-Arktik. Ma nimmaġinax li vvintata dil-biċċa xogħol tad-dinja li qed tisħon. Imma bilfors jidħolli d-dubju. Jekk allura d-dinja qed tisħon u l-klima tinbidel u ġej diżastru fuqna... iva allura mank ingawdu naqra minn xitwa li ma tkunx daqshekk kiefra bħala kumpens?
No comments:
Post a Comment