... u aktar fil-baxx minn hekk ma tistax taqa' fil-futbol.
Kull sajf nixtru xi plejers u ottimiżmu m'għola s-sema, se nkaxkru kollox. Jgħaddu ftit ġimgħat, u nkeċċu l-kowċ. F'erba' snin, minn meta d-diriġenti l-ġodda TALBU biex nitwaqqgħu fis-Serie B, kellna lil Didier Deschamps (dam sena), Claudio Ranieri (sentejn), Ciro Ferrara (8 xhur), u issa Alberto Zaccheroni, u dan bid-dikjarar għal sitt xhur biss. Anzi aċċetta. Wara jridu lil Rafa Benitez, li marbut b'kuntratt mal-Liverpool għal xi 4 snin oħra. Għandhom raġun jipprotestaw il-Liverpool. Issa l-isbaħ dan l-unika ħaġa ta' sugu li qatt rebaħ kienet b'ċikkatura, purament diżgrazzja li f'mitt sena oħra ta' futbol qatt ma terġa' tiġri: il-famuża final mal-Milan fejn kellhom jaqalgħu sitta imma minflok spiċċaw 3-3 bil-penalties. Il-league tal-Ingilterra f'xi 20 sena kemm ilu jikkowċjahom qatt ma rebħuħ.
Imma lilu jridu, m'hemmx x'tagħmel, avolja marbut b'kuntratt. Probabbli għax mhux Taljan.
Sadattant Del Piero qed ikompli jurina kemm għadu plejer kbir. L-ewwel qabeż qabża għal rasu fil-kaxxa l-kbira, u r-referee qallu terġax. Imbagħad żelaq minflok ixxuttja, u r-referee vvinta penalty. Kieku jien kont immur fuq ir-referee u ngħidlu li żlaqt. Minflok tgħidx kemm iċċelebra, qisu għamel xi opra kbira għax skorja minn penalty vvintat.
Nistgħu mhux noqogħdu kull darba nibdlu l-kowċ, għax qabel ma neħilsu minn dak l-ankra, li donnu ħadd m'għandu l-kuraġġ jgħidlu jibqa' bil-qiegħda mas-sostituti, indaħħqu n-nies bina se nibqgħu. Eżatt kif kienu jagħmlu ċ-champions tal-ispjunaġġ u tal-iscudetti tal-kartun.
U xi ngħidu mbagħad għal Amauri? Kemm għandu xagħru lixx u sabiħ hu...? U dak Diego, dak x'ikun proprja? U Buffon, min jaf kieku kultant jilqa' xi xutt tgħid?
Zoff, Gentile, Cabrini, Furino, Morini, Scirea, Causio, Tardelli, Boninsegna, Benetti, Bettega. Kowċ: Trapattoni (mhux sena dam dan, imma 10 snin). Dak kien tim. Il-formazzjoni għadni niftakarha bl-amment iktar minn 30 sena wara.
No comments:
Post a Comment