Thursday, December 31, 2009

Il-Pink Panther

Kienet sena tajba, zgur ahjar minn ta' qabilha. Kemm kemm ma nghidx kienet sena eccellenti, u ili ma niftakarni nasal ghal konkluzjoni simili fl-ahhar tas-sena.

Fost l-achievements li jiguni f'mohhi nahseb awtomatikament fiz-zewg maratoni li grejt - fil-fatt din l-ewwel darba meta qatt grejt zewg maratoni fl-istess sena. Achievement iehor it-tellieqa ta' nofs maratona f'nhar Santa Marija fl-eqqel ta' waranofsinhar ta' gurnata shuna - orrajt fil-Belgjum, imma 29 grad fid-dell, u l-girja fix-xemx, mhux xi haga tac-cajt. Imma l-aktar haga importanti, u dan m'ghandux x'jaqsam ma' giri, hi li spiccajt is-sena hafna ahjar minn kif bdejtha.

Ghadda wkoll decennju, li wkoll beda fuq sieq hazina imma spicca tajjeb. Ghaxar snin zmien twil, u jigru tant affarijiet... L-aktar zewg affarijiet importanti li grawli bla dubju ta' xejn huma l-fatt li tlaqt minn Malta biex immur nahdem il-Belgjum, u l-ohra li twieled Gianluca. Iz-zewg grajjiet bidluli hajti, anzi ahjar bidlulna hajjitna, tista' tghid ghal kollox. Ghall-ahjar? Araha gejja l-cliche: kollox ghandu t-tajjeb u l-hazin tieghu. Imma l-fatt li ninsab kuntent nahseb indikazzjoni tajba, le?

U bhala konkluzjoni tas-snin xejn xejn, u introduzzjoni ghas-snin tal-ax (invenzjoni tieghi, -ax, bhal hdax, tnax, eccetra) ghandi dawn il-mistoqsijiet li gejjin, li ta' min wiehed jieqaf u jirrifletti wahda tajba dwarhom.

Imma qabel tajjeb li nirrimarka li fil-fatt id-decennju ghad fadallu sena ohra biex jispicca, l-istess bhal ma l-millennju beda fl-1 ta' Jannar 2001, u mhux fl-2000. L-ewwel decennju beda fl-1 ta' Jannar 0001, it-tieni beda ezatt 10 snin wara, fl-1 ta' Jannar 0011, eccetra, eccetra.

Insomma, illum iddecidejt inkompli mal-massa, u ghalhekk, ara gejjin il-mistoqsijiet ghad-decennju bis-snin li jibdew bin-numru 1:

1. Proprjament, x'inhu ezattament l-iskop ta' dil-kedda kollha?
2. X'l-ahjar, tirbah ghaxar ewri bil-pools, jew taqla' xebgha, u ghaliex?
3. Kemm hi kbira l-Gimgha l-Kbira?
4. X'jghidulu?

U, fl-opinjoni tieghi, l-aktar wahda difficli:

5. Ghaliex kulhadd jassumi li l-Pink Panther hija maskili?

Is-sena t-tajba lil kulhadd. Nispera fi zmien sena ohra nkun ghadni hawn biex nixtieq lil kulhadd id-decennju l-gdid it-tajjeb.

Tuesday, December 22, 2009

Cheers - imma ssuqux jekk tixorbu


Il-gallarija se tbexxaq waħda l-purtelli għal ftit ġranet. Issa wasal il-ħin li nifirħu ftit mal-familja u l-ħbieb, u nerġgħu niffamiljarizzaw ruħna mal-art ħelwa li tatna isimha. Avolja, qatt ma stajt nifimha sew din l-espressjoni, imma insomma. Wara ħames xhur terġa' tiġi x-xewqa li nara l-baħar blu, induq xi pastizzi, min jaf forsi xi fenek għand Charlie l-Barri jew Rita tal-qtates. Għaxart ijiem ftit wisq ħija... Niġri xi ġirja ma' ħbiebi tas-Saint Patrick's. Nispera ma ddejjaqnix ħafna r-riħa tad-diżil li hemm ma' kullimkien...

Sadattant:

Joyeux Noel (b'xi aċċent jew tikek 'l hawn u 'l hemm li dal-keyboard mhux issettjat għalihom)
Buon Natale
Merry Christmas

Jew, kif ngħidu bil-Malti: ĦEPIKRISSMISS.

Saturday, December 19, 2009

Global warming?

Surely, they couldn't have chosen a worse setting than Copenhagen in December to impress world leaders that something needs to be done about global warming. This morning in Belgium we woke up to a 'blistering' minus 10 degrees C, and I don't think it's much warmer at all in Copenhagen...

How about Athens in August? Now that would have highlighted the problem much better.

And why everyone or no one? If the US, China, Europe and the rest of the industrialised nations reach an agreement to reduce greenhouse gas emissions, why forsake the agreement just because a few banana republics refuse to join the agreement? It's the industrialised nations that are causing the vast bulk of greenhouse gas emissions, anyway. We should just forge ahead and move over to renewable energy technologies. The banana republics are bound to follow suit, eventually, as happens in all spheres where technology is concerned.

They want to "limit" the average global temperature rise to 2 degrees C. Now I wonder how we can avoid going beyond this point. It's almost like saying that I'll be taking measures so that tomorrow it won't rain (or snow as things stand at the moment). It's simply an impossible target, since it's beyond our control.

Our target should be much clearer and simpler, and is basically this: to stop burning fossil fuels and restore the world's forests.

Sunday, December 13, 2009

Un portiere al posto di una primadonna

Gianluigi Buffon si è operato al menisco e tornerà in campo a fine gennaio. Vuol dire che per qualche partita, giusto per sei settimane meno la pausa natalizia, ci sarà un portiere invece di una primadonna a difendere la porta della Juve. Magari Alex Manninger effettuerà pure delle parate sui tiri degli avversari, invece di prendere un gol per ogni tiro...

Saturday, December 12, 2009

Iva, naħseb

Barra minn Malta xi nisa jfittxu l-pubbliċità għalihom infushom billi jippużaw bla ħwejjeġ għal xi rivista jew kalendarju. F'Malta issa għandna lil Ira Losco li biex takkwista ftit pubbliċità QALET li probabbli tkun lesta taċċetta tippoża bla ħwejjeġ.

U jien ċert li s'hemm biss se tasal. Kif kien qal xi Malti, mill-kliem għall-fatti hemm baħar jikkumbatti. Ma qalitx Ira, pereżempju, x'ikunu ċ-ċirkostanzi biex probabbli tippoża bla ħwejjeġ. Ngħidu aħna, kif hemm min jagħmel, tippoża għal xi pittur? Ħeqq, kif kitbuhielna t-Times, tista' anki tfisser li tippoża waħidha quddiem il-mera: "Singer Ira Losco answers some quick questions by Christian Peregin and says she would probably be willing to pose naked because she is “not holier than thou”."

Ma impressjonajtniex Ira ħi. Dal-aħħar saret moda kulħadd għat-taparsi jippoża ta' li hu xi qaddis. Issa Ira qed tippużalna ta' li mhix xi qaddisa. Nemmnuhom? Mela, ejja nkantaw flimkien, a one, a two, a one two three: Parole, parole, parole...

Wednesday, December 9, 2009

Da x'ikun?


Da x'ikun? U għax ma jqaxxarx il-leħja kif qallu Chiellini? Suppost kellu jkun l-istilla, il-ponta tad-djamant ta' formazzjoni tlellex tal-Juventus, irrinfurzata bl-aqwa kampanja akkwisti wara tar-Real Madrid, bla bla bla bla bla. Kieku lgħabt jien ma stajtx nilgħab agħar milli lagħab Diego l-bieraħ fid-disfatta kontra l-Bayern.
U x'ma naqalgħux damdima... bla ideat, bla ħeġġa. Lanqas fi friendly ma tistennihom ikunu daqshekk illuppjati, aħseb u wara f'logħba deċiżiva taċ-Champions League, home, kontra l-Bayern Munich.
U Del Piero, nofs tunnellata toqol kapaċi biss jaqa' jew jiffawlja, bil-kemm jiflaħ jimxi... tużah mill-ewwel minuta fl-aktar logħba importanti tas-sena?
U Amauri għax ma jinteressax ruħu aktar fil-logħob milli f'xagħru?
U Giovinco kif tippretendih jagħmel il-mirakli fl-aħħar 10 minuti tal-logħba? Jekk m'għandhomx fiduċja fih għax ma jbigħuhx milli jħalluh irabbi l-għanqbut fuq il-pankina?
M'hemmx reġista a la Pirlo li jiddetta l-logħob. M'hemmx fiżjonomija ċara ta' logħob. M'hemmx karattru. M'hemm xejn... Nikkonsla li hekk jew hekk it-timijiet kollha se jinqalgħu miċ-Champions League eventwalment. U iva, barra wieħed, u sakemm dak il-wieħed ma jkunx l-Inter ma jimpurtax.
Il-kanna li se jkollna nieħdu sehem fil-Coppa UEFA. Dik oħra tal-għaġeb. L-unika kompetizzjoni fid-dinja li tikkwalifika għaliha billi titlef. Aħjar ġejna l-aħħar fil-grupp, xejn xejn konna nikkonċentraw fuq il-league biss.
Kos, qed ngħid... F'dar-ritratt Diego qisu Joseph Muscat kieku jixxrinkja u jitħajjar jilbes parrokka hu? Ħeħeħe ;-)
L-aħħar tgergira u ndabbar rasi. Iva mamma mija Buffon mank għallinqas jipprova jilqgħu penalty?

Monday, December 7, 2009

Lanqas għal nofs ta' nhar ma jgħaddu bla karozza

F'Malta kien hemm min gerger il-Ħadd li għadda, għax il-mimmi ta' għajnejhom il-karozza ma setgħux isuquha fejn iridu.

Issa dawn kienu jafu li ħafna mit-toroq prinċipali kienu se jkunu magħluqa biex eluf ta' Maltin ikunu jistgħu jiġru mal-President minn San Anton sal-Belt. Ilna ġimgħat sħaħ nisimgħu fuq dil-ġirja li qed tiġi organizzata. X'għamlu? Ħallew il-karozza d-dar u marru jiġru huma wkoll? Użaw tal-linja? Le, ma tarax! Ħarġu bil-karozza xorta. Imbagħad gergru għax sabu t-traffiku ġġamjat!

Iva m'għandhomx ħila, għal nofs ta' nhar wieħed biss, jgħaddu mingħajr il-karozza? Għax ma qalgħux dak il-warrani l'għandhom minn fuq is-seat u qamu jiċċaqalqu naqra? Imorru xi passiġġata fil-kampanja jew ħdejn il-baħar. Kull sekonda rridu bilfors insuqu mamma mia...

New York hi belt importanti? Jew Londra? Naħseb hu? Safrattant f'dawn il-bliet u f'bosta oħrajn madwar id-dinja t-toroq jingħalqu għal kollox għat-traffiku darba kull sena, għal ġurnata sħiħa, meta ssir il-maratona. Ħadd ma jgerger, anzi eluf oħra joħorġu fuq il-bankini jċapċpu lill-atleti waqt li qed jiġru.

Jalla fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla l-eluf jiżdiedu. Min jaf, forsi jingħaqdu fil-festa dawk li l-bieraħ weħlu bil-karozza. Merħba bihom fil-każ. Niġbru aktar għall-karità, u l-festa tkun akbar!

Sunday, December 6, 2009

Grazzi, Sur President!

Sa fl-aħħar! Ġrat xi ħaġa li ġġagħlni ngħid bla tlaqliq li jien kburi li jien Malti.

Sitt elef Malti u Maltija llum ingħaqdu mal-President George Abela f'ġirja minn San Anton sal-Palazz fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt.

http://www.timesofmalta.com/articles/view/20091206/local/thousands-turn-up-for-presidents-charity-run

B'dan l-avveniment, il-President u l-organizzaturi laħqu 3 miri verament sbieħ:

1. Ġabru kemmxa flus tajba għall-karità.
2. Taw spinta lill-valur u l-popolarità tal-isport u l-attività fiżika fost il-Maltin.
3. Ħolqu okkażjoni fejn il-Maltin tassew ħassejna ruħna magħqudin bħala poplu.

Kemm jiddispjaċini li ma stajtx inkun magħhom.

Thursday, December 3, 2009

Mill-gallarija


Hawn huma l-ispirazzjoni tiegħi. Statler u Waldorf tal-Muppet Show. Meta fl-aħħar kont sibt isem għal dal-blogg, Mill-gallarija, ma kellix idea li l-istess żewġ karattri kellhom programm li kien jismu eżatt, appuntu... From the Balcony!
Xogħli hawnhekk infatti bħal ta' dawn hu. Avolja, lanqas nibda ħdejhom fil-kummenti li jgħaddu. Huma tnejn - jien issa wieħed. Sieħbi kien baqa' jgħaddi l-kummenti tiegħu f'Malta. X'għandna Joseph?! Ħeħe :-)