Kienet sena tajba, zgur ahjar minn ta' qabilha. Kemm kemm ma nghidx kienet sena eccellenti, u ili ma niftakarni nasal ghal konkluzjoni simili fl-ahhar tas-sena.
Fost l-achievements li jiguni f'mohhi nahseb awtomatikament fiz-zewg maratoni li grejt - fil-fatt din l-ewwel darba meta qatt grejt zewg maratoni fl-istess sena. Achievement iehor it-tellieqa ta' nofs maratona f'nhar Santa Marija fl-eqqel ta' waranofsinhar ta' gurnata shuna - orrajt fil-Belgjum, imma 29 grad fid-dell, u l-girja fix-xemx, mhux xi haga tac-cajt. Imma l-aktar haga importanti, u dan m'ghandux x'jaqsam ma' giri, hi li spiccajt is-sena hafna ahjar minn kif bdejtha.
Ghadda wkoll decennju, li wkoll beda fuq sieq hazina imma spicca tajjeb. Ghaxar snin zmien twil, u jigru tant affarijiet... L-aktar zewg affarijiet importanti li grawli bla dubju ta' xejn huma l-fatt li tlaqt minn Malta biex immur nahdem il-Belgjum, u l-ohra li twieled Gianluca. Iz-zewg grajjiet bidluli hajti, anzi ahjar bidlulna hajjitna, tista' tghid ghal kollox. Ghall-ahjar? Araha gejja l-cliche: kollox ghandu t-tajjeb u l-hazin tieghu. Imma l-fatt li ninsab kuntent nahseb indikazzjoni tajba, le?
U bhala konkluzjoni tas-snin xejn xejn, u introduzzjoni ghas-snin tal-ax (invenzjoni tieghi, -ax, bhal hdax, tnax, eccetra) ghandi dawn il-mistoqsijiet li gejjin, li ta' min wiehed jieqaf u jirrifletti wahda tajba dwarhom.
Imma qabel tajjeb li nirrimarka li fil-fatt id-decennju ghad fadallu sena ohra biex jispicca, l-istess bhal ma l-millennju beda fl-1 ta' Jannar 2001, u mhux fl-2000. L-ewwel decennju beda fl-1 ta' Jannar 0001, it-tieni beda ezatt 10 snin wara, fl-1 ta' Jannar 0011, eccetra, eccetra.
Insomma, illum iddecidejt inkompli mal-massa, u ghalhekk, ara gejjin il-mistoqsijiet ghad-decennju bis-snin li jibdew bin-numru 1:
1. Proprjament, x'inhu ezattament l-iskop ta' dil-kedda kollha?
2. X'l-ahjar, tirbah ghaxar ewri bil-pools, jew taqla' xebgha, u ghaliex?
3. Kemm hi kbira l-Gimgha l-Kbira?
4. X'jghidulu?
U, fl-opinjoni tieghi, l-aktar wahda difficli:
5. Ghaliex kulhadd jassumi li l-Pink Panther hija maskili?
Is-sena t-tajba lil kulhadd. Nispera fi zmien sena ohra nkun ghadni hawn biex nixtieq lil kulhadd id-decennju l-gdid it-tajjeb.
No comments:
Post a Comment