Saturday, April 3, 2010

Kemm paroli fil-vojt

"POWER AND EASTER", qalulna fit-titlu tal-artiklu minn Dottor Jason Azzopardi, parliamentary secretary in the Finance Ministry.

http://www.independent.com.mt/news.asp?newsitemid=104013

Dehrli li kien f'waqtu, l-għada li mar id-dawl f'Malta kollha, għat-tieni darba f'inqas minn ġimagħtejn, li jirreferi għas-sitwazzjoni tal-biki tal-provvista tal-elettriku f'Malta fil-21 seklu. Speċi ta', fil-Ġimgħa l-Kbira ma kellniex dawl, imma għallinqas (nisperaw...) fl-Għid il-Kbir se jkollna provvista normali.

Bdejt naqra, imma mill-ewwel intbaħt li Dottor Azzopardi kien moħħu kompletament fis-sħab, u miljun mil 'il bogħod mir-realtà tal-ħajja hawn isfel. Silta mill-għerf tal-ħabib tagħna Jason:

"Power is the search for the truth. A temporal and existential truth. The transcendental truth that one reaches with a well formed and well informed conscience."

Eh? Jew, kif iħobb jgħid iż-żgħir, WHAT? X'il-mamma mija qed igedwed? Ħeqq, sori, nammetti naqra gażżu u injurant jien, imma dal-intellettwaliżmu finta ma nifhmux. Ngħid għalija power tfisser li nagħfas is-swiċċ u jixgħel id-dawl, mingħajr ma jkolli bżonn immur infittex ix-xemgħat u s-sulfarini bl-għajnuna tad-dawl mill-monitor tal-laptop, li jkun baqa' jaħdem fuq il-batterija...

Ċerti nies tajjeb kieku jinżlu xi ftit 'l isfel mill-istratosfera u jħarsu aktar fil-livell tagħna l-baxxi hawn isfel.

No comments: