Meta jmut xi ħadd b'inċident tat-traffiku ma jmurx il-President ta' Malta għall-funeral, u lanqas il-Prim Ministru jew il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Meta jmut xi ħadd b'overdose tad-drogi ma jmurx il-President ta' Malta għall-funeral, u lanqas il-Prim Ministru jew il-Kap tal-Oppożizzjoni.
U lanqas ma l-President ta' Malta, il-Prim Ministru jew il-Kap tal-Oppożizzjoni ma marru l-funerali ta' bosta nies eżemplari li naf jien, li ddedikaw ħajjithom kollha għall-familja tagħhom li tant kienu jħobbu.
Imma mbagħad xi ħadd li kapriċċożament iħalli 'l martu armla u wliedu ltiema biex joqgħod jilgħab bil-bombi... dak eroj nazzjonali, kważi l-ekwivalenti ta' funeral statali jagħmlulu. Fuq quddiem nett tarahom il-President ta' Malta, il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Le, le, veru qegħdin sew. Għandhom il-prijoritajiet f'posthom l-għeżież mexxejja politiċi ta' Malta...
No comments:
Post a Comment